Pavi Depiro bl-ewwel vantaġġ

Monday, April 22, 2013, 18:23

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA FINALI

minn Colin Schembri

Luxol 54

Pavi Depiro 76

(6-20)(14-18)(15-18)(19-20)

Pavi Depiro għamlu l-ewwel pass lejn ir-rebħ tal-kampjonat St. James Hospital tan-nisa meta għelbu lic-champions Luxol 76-54 fl-ewwel partita mis-serje finali. Luxol kellhom jilgħabu mingħajr l-Amerikana Mollie Williams li weġġgħat fl-aħħar semi-finali kontra Hibs. In-nuqqas tagħha inħass speċjalment taħt il-board fejn Latisha Belcher, l-Amerikana ta’ Depiro kienet dominanti. Luxol ippruvaw ipattu għal dan in-nuqqas b’difiża stretta però Depiro kienu determinati fl-attakk u dawwru l-ballun tajjeb u meta ma daħlux ġewwa sabu lis-shooters fuq barra bħal Samantha Brincat li kellha wirja posittiva. Kienet Brincat li fil-fatt fetħet il-partita bi three pointer u Depiro komplew sejrin b’run ta’ 13-3 b’punti minn Belcher, Francesca Biancho u Steffi De Martino. Wara li Paula Ellul għamlet trippla għal Luxol, Depiro komplew b’seba’ punti ohra mingħajr risposta  kollha minn Belcher u De Martino biex temmew l-ewwel sessjoni 20-6 minn fuq. Brincat bdiet it-tieni perjodu bi trippla oħra qabel ma Luxol irnexxielhom jagħmlu żewġ baskets konsekuttivi minn Becky Naudi. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Svetlana Micallef però kienet Naudi li kompliet tagħmel il-punti għac-champions fosthom trippla biex fis-sitt minuta d-distakk naqas għal 13 –il punt bid-Depiro fuq quddiem 29-16. Depiro rkupraw u għaqqdu break ieħor ta’ 7-2 bi trippla minn Beverlee Zammit biex sal-halftime kienu 18 minn fuq 38-20.

Fit-tielet sessjoni wara basket minn Belcher għad-Depiro, kien hemm run ta’ 9-2 minn Luxol b’baskets minn Greta Zarb u Naudi biex naqqsu d-distakk għal 13 –il punt 29-42. Luxol komplew jirkupraw u puntiminnSarah Pace u Diana Muscat qarrbuhom iktar lejn l-avversarji. Depiro reġgħu ġew f’tagħhom u sa’ tmiem is-sessjoni rnexxielhom jagħqqdu break ta’ 8-2 bi trippla ta’ De Martino għal skor ta’ 56-35. Fl-aħħar taqsima, Luxol kellhom il-punti minn Zarb u Mandi Sciortino però Depiro wieġbu bi trippla ta’ Brincat u u baskets minn Biancho flimkien ma’ Maria Bonett. Naudi kellha erba’ punti konsekuttivi qabel ma ż-żewġ timijiet għamlu sensiela ta’ baskets fuq kull naħa. B’hekk Depiro baqgħu fil-kontroll tal-partita hekk kif iż-żewġ coaches taw ukoll ħin lill-players ta’ fuq il-bank tagħhom. L-aħħar punt tal-logħba wasal minn Martina Scicluna biex il-players kollha ta’ Depiro niżżlu isimhom fost l-iskorers f’rebħa ta’ 76-54.

Luxol: S. Pace 6, M. Sciortino 10, C.Medina 2, B.Naudi 17, J. B. Gaerty, G. Zarb 8, P. Ellul 5, D. Muscat 6, M. Darmanin, K. Portelli.

Pavi Depiro: A. Mifsud 4, G. Mifsud 1, F. Biancho 8, S. Brincat 15, M. Bonnett 2, S. De Martino 16, M. Mifsud 1, M. Scicluna 1, L. Belcher 21, S. Micallef 4, B. Zammit 2.

Referees:  Gordon Barbara, Bernard Vassallo, Clive Terribile

Statistika…

Luxol

Free throws – 12 on 20

Baskets – 18 on 47

Three pointers – 2 on 14

Rebounds – 34

Assists – 7

Turnovers – 14

Steals – 11

Fouls Suffered – 19

Fouls Made – 21

Depiro

Free throws – 10 on 21

Baskets – 27 on 51

Three pointers – 4 on 18

Rebounds – 53

Assists – 17

Turnovers – 17

Steals – 9

Fouls Suffered – 20

Fouls Made – 19





Leave a comment