Paul Zammit appuntat mill-gdid kowc ta’ Birkirkara

Sunday, October 2, 2011, 10:57

minn Cristian Muscat

Paul Zammit huwa ghal darb’ohra l-kowc ta’ Birkirkara FC. Din l-ahbar thabbret matul laqgha ghall-partitarji li saret il-Hadd filghodu.

Ghalhekk Zammit se jkun qed jirritorna mal-Istripes erba’ xhur biss wara li l-kuntratt tieghu ma giex mgedded mill-eks amministrazzjoni tal-klabb. Huwa se jkun qed jiehu post Patrick Curmi li l-kuntratt tieghu ma’ Birkirkara gie terminat bi qbil reciproku.

Wara li kkowcja lil Mosta u Valletta, Paul Zammit inghaqad ma’ Birkirkara fis-sajf tal-2009, fejn mexxa lill-Istripes ghar-rebh tal-Kampjonat BOV premier fl-ewwel tentattiv tieghu. Fl-ahhar stagun, Birkirkara spiccaw fit-tielet post.

Prezentament, l-Istripes jinsabu fil-hames post b’ghaxar punti wara sitt loghbiet. Nhar il-Gimgha, taht il-gwida tal-’caretaker coach’ Peter Pullicino, Birkirkara rritornaw ghar-rebh meta ghelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-1.





Leave a comment