Paul Miller iżur Malta

Tuesday, May 3, 2011, 22:40

minn Cristian Muscat

Fil-jiem li għaddew kien hawn Malta l-ex plejer ta’ Tottenham Hotspur kif ukoll tat-tim nazzjoanli Ingliz ta’ taħt il-21 sena Paul Miller li llum jgħodd 51 sena. Dan is-sit iltaqa’ ma’ Miller f’ lukanda ewlenija fil-Furjana fejn saqsieh diversi domandi rigward il-futbol Ingliż in ġenerali. Ma’ Tottenham huwa laghab ghal hmistax il sena sħaħ b’ numru totali ta’ 308 logħbiet filwaqt li mat-tim nazzjonali Ingliż huwa lagħab 28 darba. L-iktar li jibqa’ mfakkar Miller huwa ghall-fatt li kien skorja fil-finali tat-Tazza UEFA kontra Anderlect lura fl-1984 biex b’hekk irregala din it-tazza prestiġjuza lill-Ispurs.

Meta mistoqsi kif jaħsibha fuq it-tim nazzjoanli Ingliż preżentament huwa saħaq li bħalissa t-tim Ingliz mhuwiex wieħed brillanti fejn ħafna mill-plejers li jiffurmaw parti minn dan it-tim jippreferu jilgħabu għall-klabb milli bil-flokk Ingliż. Huwa ma jaqbilx li jkun hemm kowċ barrani imexxi lil dan it-tim kif hemm bħalissa bit-Taljan Fabio Capello, u jara lill-kowċ preżenti tal-Ispurs Harry Redknapp bħala l-kandidat ewlieni li jista’ jieħu post Capello fis-snin li ġejjin. Meta mistoqsi min jaħseb li se jirbaħ il-Kampjonat Barclays Premier f’ dan l-istaġun huwa afferma li jaħseb li dawn se jkunu Manchester United waqt li huwa tal-opinjoni li Tottenham Hotspur, għalkemm din is-sena kellhom stagun mill-aqwa huwa jahsb li se jispiccaw fil-ħames post ghalkemm cert li se jaghmlu minn kollox biex jispiccaw fir-raba’ post. 

Dan is-sit ħa l-opportunita’ wkoll biex jistaqsi lil Miller rigward x’ jaħseb rigwrd il-kowc ta’ manchester United Sir Alex Ferguson fejn huwa saħaq li dan huwa wieħed mill-aqwa kowċis fid-dinja fejn ma jara lil ħadd li jista’ joħodlu postu mar-Red Devils – fil-fatt huwa uża l-kelma “irreplaceable”. Persuna li kienet prezenti fil-lukanda fejn iltqajna ma’ Miller fejn hawnhekk partitarji tal-Ispurs kellhom iċ-ċans li jiltaqgħu mal-ex plejer ta’ Tottenham, affermat li tara biss lill-Ispecial One Mourinho l-iktar minħabba l-personalita’ tiegħu bħala l-unika persuna idonea li tista’ tieħu post Ferguson fuq il-pankina tal-United fil-futur. Iżda xorta Miller baqa’ jżomm fehmtu li ma jara lil ħadd li jista’ jieħu post Ferguson fil-futur.

Rigward il-possibilta’ li Mourinho jerga’ jingħaqad ma’ Chelsea sa mill-istaġun li ġej speċjalment wara spekulazzjonijiet li nstemgħu fil-media riċentamnet, huwa saħaq li għalkemm Chelsea jixtiequ lura lil Mourinho u Mourinho jixtieq li jmur lura Londra fit-tmexxija ta’ Chelsea kif saħaq m’ ilux huwa ma jarax li dan jista’ jseħħ fil-futur immedjat. Miller afferma li Mourinho żgur li jħossu iktar komdu Londra minħabba l-fatt li f’ Londra għalkemm wieħed ikun igawdi minn popolarita’ enormi bħal Mourinho, in-nies bħal donnu ma tinnutakx u tħallik liberu mingħajr ma twaqqfek għal ritratti, firem eċċ – iżda l-istorja f ‘Madrid hija differenti u għalhekk dan kollu fost affarijiet oħra jagħmel il-belt ta’ Londra iktar favorita għal Mourinho minn dik ta’ Madrid.

Meta mistoqsi jekk jarax differenzi fil-futbol kif kien jintlgħab fi żmienu u fil-futbol kif jintlgħab illum, Miller kien pront afferma li dawn id-differenzi huma evidenti. L-ewwel nett huwa jħoss li ma tantx baqa’ lealta’ mill-plejers għall-klabbs tagħhom u dan l-iktar minħabba t-trasferimenti li jammontaw għall- flus kbar li huma sinonimi mal-futbol internazzjonali fil-preżent. Ukoll Miller huwa tal-fehma li fi żmienu l-plejers kienu iktar veloċi u kienu jippossjedu ħiliet individwali ahjar minn tal-plejers preżenti.

Ukoll kif mistenni, huwa afferma li l-plejers tal-lum ghandhom iktar possibiltajiet li jeccellaw fix-xena tal-futbol minhabba hafna iktar facilitajiet ta’ tahrig ta’ certu kwalita’ kif ukoll faċilitajiet ohra. Meta mistoqsi jekk jafx xi ħaġa fuq il-futbol Malti, ir-risposta tiegħu kienet fin-negattiv għalkemm saħaq li jiftakar it-telfa ta’ Malta bl-iskor ta’ 5 b xejn kontra l-Ingilterra fis-snin l-imgħoddija kif ukoll afferma li sema’ bil-captain tat-tim nazzjonali Michael Mifsud meta dan kien skorja ż-żewg gowls memorabbli ma’ Coventry City li bihom Manchester United sorprendentament kienu ġew eliminati mill-Carling Cup.

Tlabna wkoll lil Miller jgħaddi messaġġ lil dawk iz-żgħażagħ li biħsiebhom jibdew karriera fil-futbol u dan mal-ewwel qal li jkunu ferm iddedikati biex jirnexxielhom jagħmlu dan. Huwa qal li jekk jieħdu l-affarijiet bis-serjeta’ jistgħu ukoll ilaħqu mal-iskola hekk kif afferma li l-edukazzjoni hija fundamentali fl-iżvilupp tal-plejers. Frazi li huza bl-ilsien natali tieghu biex jiddeskrivi d-deikazzjoni li dawn iż-żgħażagħ għandhom ikollhom biex jirnxxielhom jagħmlu karriera fil-futbol hija li “they have to eat, sleep and live football.”





Leave a comment