Paul Miller f’Malta

Thursday, April 21, 2011, 17:17

Bħala parti mic-ċelebrazzjonijiet tat-30 anniversarju mit-twaqqif ta’ Tottenham Hotspur Malta, dan il-klabb għandu pjaċir iħabbar li se jkun hawn fostna l-ex difensur ċentrali ta’ Tottenham Paul Miller. 

Miller, li lagħab ma’ Tottenham bejn l-1977 u l-1987, rebaħ l-FA Cup fl-istaġuni 1980-81 u 1981-82, u t-Tazza UEFA fl-istagun 1983-84. 

Fl-ewwel leg tal finali tat-Tazza UEFA tal-1984 kontra Anderlecht fil-Belgju Miller skorja l-gowl ta’ Tottenham f’logħba li spiċċat 1-1.

Miller se jingħaqad mal-partitarji ta’ Tottenham nhar is-Sibt 30 t’April fil-klabb stess fi 22, Triq San Federiku, Valletta.  Bejn il-5.15pm u s-6.30pm il-partitarji se jkollhom ċans jitkellmu ma’ Miller u anki jieħdu ritratti u firem.  Fis-6.30pm Miller isegwi l-loghoba tal-Premier League bejn Chelsea u Tottenham flimkien ma’ dawk li jattendu.

Kulhadd huwa mistieden u d-dhul huwa b’xejn.

Iz-zjara ta’ Paul Miller f’Malta qed tigi issapportjata minn Grand Hotel Excelsior.





Leave a comment