Paul Fenech barra b’dixxiplina

Monday, September 6, 2010, 21:16

minn Sandro Micallef.

It-Tnejn filgħodu ġewwa l-lukanda Excelsior fil-Floriana il-coach Nazzjonali Malti John Buttigieg indirizza Konferenza Stampa fejn ta’ l-aħħar dettalji dwar il-preparamenti  tat-team Nazzjonali in vista tal-logħba tat-Tlieta filgħaxija kontra l-Latvja.

John Buttigieg and Mark Muscat addressing the media on Monday morning

John Buttigieg and Mark Muscat addressing the media on Monday morning

Buttigieg qal li kien kostrett jagħmel bidla waħda fl-iskwadra tat-18 –il player fejn qala’ mill-iskwadra lill-player ta’ Birkirkara Paul Fenech u floku daħħal lil Ivan Woods l-akkwist il-ġdid ta’ Floriana FC. Buttigieg kellu jagħmel dan minħabba li qal ma kienitx etika li l-player imur jilgħab friendly mal-Club tieghu ta’ Bkara ftit sigħat wara li t-team Nazzjonali kien wasal minn-Iżrael wara vjaġġ ta’ iktar minn 14 –il siegħa. Buttigieg qal li ma kienx jagħmel sens li jżomm  fl-iskwadra lil dan il-player li għaliex kien sfurzat mil-Club tiegħu mar jilgħab friendly bir-riskju li jweġġa’. Il-coach Nazzjonali qal li għalhekk ħass li kellu jaqla’ lil Fenech mill-iskwadra. Fenech ma kienx utilizzat fil-partita away ta’ kontra l-Iżrael.

Buttigieg b’referenza għall-logħba ta’kontra l-Latvja qal li dejjem tkun diffiċli li taffaċja it-tieni test f’inqas minn ħamest ijiem fuq livell internazzjonali iżda hu kunfidenti li l-players tiegħu se jagħmlu mill-aħjar biex itejbu l-prestazzjoni tagħhom u jimmiljoraw speċjalment fil-pussess tal-ballun.

Hu qal li kontra l-Iżrael ikkomettejna diversi żbalji banali fejn meta kellna l-ballun f’saqajna armejnieh b’mod traskurat u f’xi okazzjonijiet l-avversarji sfruttaw dawn l-iżbalji tagħna f’goals hekk kif ġara fit-tielet goal.

B’referenza għall-Latvja hu qal li dan hu team tajjeb ħafna u li minkejja li tilfu fl-ewwel partita tagħhom home bl-iscore ta’ 3-0 kontra l-Kroazja huma team organizzat ferm u s-sbatax –il punt li ħadu fl-ahhar grupp ta’kwalifikazzjoni ghat-Tazza tad-Dinja ma’ kienx b’kunbinazzjoni.

Meta mistoqsi dwar il-possibilita` li kontra teamijiet bħall Latvja u kontra l-Georgia it-team Nazzjonali Malti suppost jiġbor xi punti, Buttigieg irrimarka li iva suppost fuq il-karta hekk għandu jkun iżda il-logħba tintlagħab fil-ground.

Dwar il-player Malti Andre’ Schembri li bħalissa jinsab jilgħab fl-Ungerija ma’ Ferencvaros fl-għola Diviżjoni Buttigieg fakkar li dan il-player kien hu li rrifjuta n-Nazzjonal sitt xhur ilu meta għazel li jibqa’ jittrenja fl-Awstrija meta kien jilgħab f’dak il-kampjonat. Buttigieg qalli hu konxju li Schembri irkupra sew issa mill-injury li kellu u li għaddej minn vena tajba ma’ Ferencvarsos u tenna li hu u Busuttil isegwu l-andament tal-players kollha Maltin u qal li b-bieb tan-Nazzjonal hu miftuħ għal kulħadd.

It-Team Nazzjonali Malti li jinsab alloġjat fil-lukanda Excelsior ittrenja illejla fis-6.15pm fit-training grounds tal-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali filwaqt li l-Latvja ittrenjaw wara fis-7.30pm.

Il-logħba se tintlagħab it-Tlieta 7 ta’ Settembru ġewwal-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali u se tixxandar fuq Malta Stars. Programm specjali mis-sezzjoni tas-South End Core jibda fis-6.45pm fejn se jkunu intervistati diversi ex players tat-team Nazzjonali.





4 Comments

  1. Malti says:

    jien nahseb kibritlu naqa rasu il-coach li ana!

    [Reply]

  2. sylvester mercieca says:

    int bi serjeta qedt tajd li l bieb miftuh al kulhadd meta qlajt il gilbert agius ek minajr ma tajt l ebda spjegazjoni tal misthijja min naha tijak u min tal mfa li l poplu ma tinfurmawh xejn fuq di decizjoni…. u int ganni jek niftakru min amlek coach nazzjonali hafna minna jibdew jahsbu ala azel lilek met int qatt m erbaht bicca tazza bhal coach u bhala player grazzi lil istess gilbert tridt tajd bix erbaht tazza bhala player

    [Reply]

  3. city boys says:

    JIENA ZGUR MHUX WARAJOM JIENA WARA VALLETTA FC BISS.. la qadt ma mort narahom u wisq anqas ma jiena sejjer la ghax free u lanqas jekk ihalasni GHAX XORTA NO DEAL

    [Reply]

  4. CLINTON VASSALLO says:

    sur buttigieg ahjar titalem tutiliza il players ahjar ax bil bidla li ghamilt (buggy ma cohen)bidilt il loghba kontrik. jien nahseb soluzjoni wahda andek warab min hemm

    [Reply]

Leave a comment