Patrick Curmi maħtur Kowċ ta’ Birżebbuġa St.Peter’s

Friday, October 12, 2012, 12:55

Birżebbuġa St. Peter’s F.C. iħabbru li wara l-aħħar logħba mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kontra Lija Athletics, il-Coach Joe Gerada offra r-riżenja tiegħu mill-kariga. Huwa rrefera għall-bidu diffiċli li kellu t-tim fil-kampjonat u stqarr li ħa din id-deċiżjoni għall-ġid tal-klabb.

Il-Kumitat tal-klabb aċċetta din ir-riżenja u biex jieħu post Gerada ħatar lis-Sur Patrick Curmi bħala Coach ġdid tal-klabb. Curmi, li għandu esperjenza kbira ma’ bosta timijiet fl-ogħla diviżjonijiet, ġie identifikat bil-għan li t-tim itejjeb il-pożizzjoni tiegħu fil-klassifika u jilħaq il-miri li kellu fil-bidu tal-istaġun.

Il-klabb, filwaqt li rringrazzja lil Joe Gerada għas-servizz u l-impenn tiegħu fl-aħħar sentejn u nofs, wera apprezzament kbir lejn ix-xogħol siewi li wettaq. Huwa kien strumentali biex għall-ewwel darba Birżebbuġa St Peter’s ikunu promossi għall-Ewwel Diviżjoni fis-sena 2010/11.





1 Comment

  1. Rahal says:

    .. Pass il quddiem Rahal ! 

    [Reply]

Leave a comment