Pass kbir minn Bupa Luxol lejn il-play-offs

Monday, March 2, 2015, 17:01

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

AtoZ Electronics Athleta 77

Floriana Cafè Del Mar 50

(19-11)(13-5)(15-16)(30-18)

Ic-champions AtoZ Eletronics Athleta kważi aċċertaw

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

ruħhom mill-ewwel post tal-klassifika meta għelbu lil Floriana Cafè Del Mar 77-50. Fl-ewwel round, din il-partita kienet offriet emozzjonijiet enormi meta ħadet erba’ sessjonijiet ta’ ħin barrani però din id-darba l-istorja kienet differenti. Floriana ddiżapuntaw speċjalment fl-attakk fejn ma dawrux il-ballun u ftit li xejn wasal għand l-Amerikan Mark Henniger. Mertu wkoll tad-difiża tal-Athleta però s-shooting Furjaniż kien fqir bi 18 –il basket minn 52 tenattiv u three pointer wieħed minn 12. Diffiċli tifhem kif player bħal Nikola Vasovic baqa jixxutja kif jirċievi l-ballun meta l-ġurnata tiegħu kienet negattiva. Athleta kienu mingħajr Andrew Aquilina iżda rkupraw lil Omar Said fil-waqt li kellhom liż-żgħażagħ Stefan Vincic u Luca Stefanovic. Floriana kienu mingħajr David Camilleri u Dirk Schembri. Athleta fetħu l-partita bl-ewwel 8 punti minn Michael Naudi, Chad Patus u Isaac Tanti. Wara risposta Furjaniża minn Vasovic bi trippla, Athleta komplew iżidu l-vantaġġ permezz ta’ Naudi u Patus u temmew l-ewwel taqsima 19-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Floriana ma setgħux jinfdu d-difiża tal- Athleta. Ic-champions ikkastigawhom hekk kif kellhom 11 –il punt mingħajr risposta permezz ta’ Patus, Said, Roderick Vella u Matthew Gouder. Floriana finalment irrispondew b’ħames punti ta’ Henniger però Athleta daħlu jistrieħu 32-16 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Floriana tejjbu l-logħba tagħhom għalkemm fl-ewwel ħinijiet kienu l-Athleta li żiedu l-vantaġġ 40-22 wara punti minn Tanti u Vella. Floriana wieġbu bil-punti ta’ Henniger u Nigel Sultana biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 30-40 però lejn tmiem is-sessjoni kien hemm trippla ta’ Patus u basket ta’ Tanti għall-Athleta għal skor ta’ 47-32. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima, Henniger reġa qarreb liż-żewġ timijiet iżda pronta kienet ir-risposta tac-champions bil-punti ta’ Said fosthom trippla. Punti ta’ Gouder, Patus bi trippla flimkien ma’ Naudi reġgħu kabbru l-vantaġġ għall-Athleta. Said kompla b’żewġ three pointers oħra qabel ma Floriana għamlu l-aħħar żewġ baskets tagħhom minn Sean Borg u Clayton Calleja però Athleta rebħu l-partita 77-50.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 16, R. Vella 4, C. Patus 22, M. G. Montaldo, O. Said 17, M. Gouder 6, L. Stefanovic, S. Vincic, I. Tanti 12.

Floriana Cafe Del Mar: M. Henniger 26, N. Sultana 8, S. Borg 1, L. Ross 2, N. Vasovic 11, C. Calleja 2, S. Detemmermann, O. Shamala, D. Agius.

Referees: Bernard Vassallo, Clive Terribile, Selcan Rowles.

Cynergi Virtus 95

Pavi Depiro 75

(15-12)(33-23)(19-26)(28-14)

Fit-tieni logħba, Cynergi Virtus saħħew it-tieni post tagħhom wara li għelbu lil Pavi Depiro 95-75. Depiro, li kellhom diversi players neqsin, kienu għadhom joffru oppożizzjoni sakemm tilfu Marko Todorovic fit-tielet sessjoni wara li kkometta l-ħames foul tiegħu li kien xi ftit eċċessiv fuq technical foul għal protesti. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ 11-6 bi trippla ta’ Timothy Zammit u l-punti minn Todorovic. Virtus wieġbu hekk kif huma għamlu run ta’ 9-0 inkluż three pointer minn Shawn Pace biex ħadu l-vantaġġ 15-12. Fit-tieni taqsima kien hemm punti fuq iż-żewġ naħat biex Virtus żammew il-vantaġġ tagħhom wara aktar punti minn Pace u Mike Breusewitz. Virtus għamlu run ta’ 14-4 biex marru fuq quddiem 32-21 madankollu Depiro ġew lura bi three pointers minn Zammit u Kurt Xuereb u għal darb’oħra waslu sa’ 3 punti biss ‘l bogħod mill-avversarji. Breusewitz flimkien ma’ Robert Bonnici, David Bugeja u Anton Axiaq kellhom aktar punti għal Virtus u fuq nofs il-partita kienu 48-35 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Virtus fetħu bi trippla oħra ta’ Pace iżda Depiro wieġbu bi break ta’ 13-3 bil-punti ta’ Zammit u Sassoun Saakian. Wara żewġ trippli minn Samuel Zammit u Xuereb, Depiro tilfu Todorovic però l-vantaġġ ta’ Virtus kien ta’ sitt punti 67-61 fit-tmiem il-perjodu. Kien biss fl-aħħar sessjoni li Virtus irnexxielhom jiftħu vantaġġ komdu. Fil-fatt huma għamlu run ta’ 17-2 inkluż trippla minn Ivan Buldakov u diversi punti minn Breusewitz, Axiaq u Alec Felice Pace. Depiro kellhom ir-risposta tagħhom minn Saakian iżda Virtus kienu fil-kontroll hekk kif huma rebħu l-logħba 95-75.

Cynergi Virtus: S. Pace 15, D. Bugeja 14, R. Bonnici 9, C. Doublet, M. Bruesewitz 35, A. Felice Pace 3, A. Axiaq 16, I. Buldakov 3, F. Bartolo.

Pavi Depiro: J. Attard, T. Zammit 14, M. Todorovic 13, S. Zammit 10, K. Xuereb 13, M. Borg, S. Saakian 25.

Referees: Emanuel Mangani, Selcan Rowles, Luis Abuin.

Remax Citadel Siġġiewi 66

Bupa Luxol 78

(18-21)(14-19)(19-21)(15-17)

Fl-aħħar logħba, Bupa Luxol għamlu pass enormi biex jieħdu post fil-playoffs wara li għelbu lil Remax Siġġiewi Citadel 78-66. Luxol kellhom lil Stefan Cappello nieqes għal din il-partita. Kien kważi konfront deċiżiv għaż-żewġ timijiet għalkemm dawn għandhom round ieħor x’jilgħabu. Il-prestazzjoni ta’ Siġġiewi kienet bil-wisq differenti minn dawk riċenti tagħhom li rawhom joħorġu rebbieħa kontra Floriana u Athleta fost l-oħrajn. Luxol minn naħa l-oħra qamu għall-okkażjoni hekk kif huma lagħbu logħba organizzata u dixxiplinata speċjalment fid-difiża. Il-bidu tal-logħba kien bilanċjat u wara vantaġġ inizjali ta’ Luxol b’żewġ baskets ta’ Thomas Staton, Siġġiewi wieġbu b’punti minn Rashanti Harris, Adrian Micallef u Malcolm Mallia biex marru fuq quddiem 10-6. Luxol għamlu break ta’ 8-0 bi trippla ta’ Staton li għalqu l-ewwel taqsima fuq quddiem 21-18. Fit-tieni perjodu Luxol bdew iżidu l-vantaġġ gradwalment hekk kif Siġġiewi kellhom logħob individwalu u wettqu xi turnovers. Luxol kellhom run ta’ 13-3 madankollu qabel l-intervall, Siġġiewi kellhom three pointers minn Billy Zammit u Marco Casar biex Luxol daħlu jistrieħu 40-32 quddiem.

Fit-tielet perjodu, Siġġiewi rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 4 punti wara żewġ baskets ta’ Micallef u trippla ta’ Zammit. Punti fuq kull naħa żammew lil Luxol fuq quddiem 48-43 iżda Siġġiewi kellhom 2 trippli oħra minn Casar u Zammit. Jean Paul Bonnici wkoll kellhu trippla għal Luxol biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 61-51. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni, l-punti ta’ Siġġiewi ġew minn free-throws hekk kif Luxol irnexxielhom jikkontrollaw ir-reazzjoni tagħhom. Luxol kellhom aktar punti minn Staton u Cordina flimkien ma’ Andrew Micallef Trigona. Siġġiewi kellhom il-punti minn Harris u Micallef iżda Luxol ukoll kellhom il-punti tagħhom. Huma għalqu l-logħba b’basket ieħor ta’ Staton biex ħarġu rebbieħa 78-66.

Remax Citadel Siġġiewi: B. Zammit 11, B. Bartolo,S. Sammut 6, R. Carabott, A. Micallef 16, M. Casar 8, R. Harris 20, M. Mallia 5, L. Grima.

Bupa Luxol: CJ Cordina 19, A. Portelli 3, J. Willoughby, JP Schembri 3, N. Andrejevic, S. Visser, T.Staton 36, A. Micallef Trigona 8, JP Bonnici 9.

Referees: Bernard Vassallo, Clive Terribile, Selcan Rowles.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
AtoZ Electronics Athleta

9

7

2

16

760

610

Virtus Basket

9

6

3

15

689

618

Floriana Cafe Del Mar

9

5

4

14

713

694

Bupa Luxol

9

4

5

13

652

693

Remax Siġġiewi Citadel

9

4

5

13

600

645

Pavi Depiro

9

1

8

10

640

794

Ritratti: Andrew Large: MCP Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716





Leave a comment