- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Partita ta’ Kwalifikazzjoni EuroBasket 2017 għal referi lokali

Posted By sportinmalta1 On February 22, 2016 @ 5:37 pm In Basketball,Featured | No Comments

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo se jkun impenjat f’nominazzjoni oħra nternazzjonali din il-ġimgħa.

Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Frar, Vassallo se jmur l-Albanija biex ikun nvolut fil- partita internazzjonali ta’ kwalifikazzjoni valida minn Grupp C tal-FIBA EuroBasket 2017 femminili li se tintlagħab fil-Aslan Rusi Arena ġewwa Tirana bejn l-Albanija u l-Italja.

Wara żewġ ġranet ta’ kompetizzjoni, l-Italja u Montenegro qed jaqsmu l-ewwel post fil-grupp, wieħed minn disa’ gruppi ta’ kwalifikazzjoni, b’żewġ rebħiet waqt li l-Albanija u l-Gran Brittanja għadhom qed ifittixu l-ewwel suċċess.

Bħala uffiċjali għal din il-partita nternazzjonali, Vassallo, li huwa r-referee prinċipali, se jkollu miegħu lil Igor Poljansek (Slovenja) u Ozlem Yalman (Turkija).


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/partita-ta-kwalifikazzjoni-eurobasket-2017-ghal-referi-lokali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.