Partita missielta u interessanti sal-ahhar

Thursday, July 4, 2013, 9:00

Otters Nivea ghelbu lil Ta`Xbiex Amigos 13-12. Kif juri l-istess rizultat kienet partita mill-iktar kumbattuta u interessanti, fl-ewwel sessjoni rajna bidu tajjeb minn Ta`Xbiex fejn huma rebhu 3-2. Fit-tieni sessjoni kienu Otters li rebhu bl-istess skor, fit-tielet sessjoni Otters iddominaw biex rebhu 7-4. Ir-raba u l-ahhar sessjoni rat lil Ta`Xbiex johorgu rebbieha 3-1.

Ghall-Otters Nivea spikka Ivan Vuksanovic li skorja 5 goals, waqt li ghall-Ta`Xbiex Amigos spikkaw Andreas Galea u Peter Markoch li skurjaw tlett goals kull wiehed. 





Leave a comment