Partecipazzjoni ta’ Hibernians FC Futsal Fil-UEFA Futsal Cup

Sunday, August 4, 2013, 9:02

Wara li fl-24 ta’ Mejju 2013 it-tim ta’ Hibernians FC Futsal gie inkurunat Champions ta’ l-FXDD Premier League ta’ Malta, issa jmiss li dan it-tim jippartecipa fil-UEFA Futsal Cup li hija l-kompetizzjoni ekwivalenti ghal Champions League.

It-tim tal-Hibs ser ikun qed jikkompeti fir-rawnd preliminari ta’ din il-kompetizzjoni u fil-polza li ttellat f’Nyon Svizzera fl-4 ta’ Lulju 2013, it-tim tal-Hibs tela fi grupp iebes fejn ser jiltaqa mac-champions talGermanja (Hamburg Panthers),Danimarka (JB Futsal Gentofte) u Finlandja (FS Ilves Tampere) li huma tim ospitanti.

Dan ir-rawnd preliminari ser ikun qed jintlaghab bejn is-27 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Settembru, bl-ewwel loghba ta’ Hibs tkun fit-28 ta’ Awwissu kontra Hamburg Panthers, l-ghada fid-29 t’ Awissu 2013 kontra FS Ilves Tampere u fil-31 ta’ Awwissu 2013 kontra JB Futsal Gentofte tad-Danimarka.

It-tim ta’ Hibernians FC Futsal beda jipprepara bis-shih mill-ewwel ghal din il-kompetizzjoni prestigjuza. L-ghan ta’ Hibs mhux biss li jippartecipaw f’din il-kompetizzjoni izda li jaghtu sfida tajba lit-timijiet l-ohra. Ir-rebbieha tat-tmien gruppi tar-rawnd prelimiari bejn 29 tim, jinghaqdu ma ghoxrin tim iehor ghal Main Round tal-UEFA Futsal Cup fejn f’dan ir-rawnd wiehed isib l-aqwa timijiet ta’ l-Ewropa bhal Marca Futsal (champions ta’ l-Italja), Iberia Stars (champions ta’ Georgia), Eindohven (Olanda). Hibernians FC Futsal wara l-finali ta’ Mejju 2013 kontra Balzan fejn hargu rebbieha bi skor marginali komdu ta’ 7-2, bdew mill-ewwel jahsbu sabiex issahhu l-iskwadra kemm ghall-kampjonat izda b’mod specjali ghal din il-kompetizzjoni. Fil-fatt mill-iskwadra li laghbet fl-istagun li ghadda, Hibs nehhew player wiehed biss filwaqt li Branco Nisevic kellu jieqaf minhabba li lehaq kowc tat-tim ta’ 11 a side.

Fit-tishih ta’ din l-iskwadra b’ambizzjonijiet serji li taqta figura tajba fil-Futsal Cup kif ukoll li zzomm postha bhal tim rebbieh fil-kampjonat, Hibs gabu maghhom erbgha players Maltin kollha internazzjonali. Flimkien ma’ dawn il-players Maltin, Hibs filwaqt li zammew lit-tliet players Bulgari li ghenu lil Hibs jirbhu l-kampjonat, gabu wkoll zewg players internazzjonali ohra mill-Georgia biex b’hekk il-players barranin issa huma – tlieta internazzjonali Bulgari, Boicho Marev, Blogivist Marev u Giorgio Gerasimov kif ukoll zewg players internazzjonali mill-Georgia – Levan Kobidzhe u David Bobokhaidze.

Ghal kompetizzjoni tal-Futsal Cup, trid preparazzjoni partikolari u intensiva u tim ta’ Hibs ingaggaw fuq bazi ta’ sitt gimghat, kowc internazzjonali sabiex jghin lit-tim fil-preparazzjoni taghhom – Avandil Sanitiani li huwa kowc ta’ tim fl-aqwa divizjoni fil-Georgia kif ukoll tat-tim nazzjonali tal-Georgia. Lghazla ta’ dan il-kowc kienet ibbazata fuq il-fatt illi t-tim nazzjonali tal-futsal ta’ Malta lghab kemmil darba kompetittivament kontra tim tal-Georgia u ghaldaqstant dan il-kowc kien ga jaf x’isarrfu lplayers Maltin li jilghabu ma Hibs. It-tim ta’ Hibs qieghed jittrejna kuljum that il-gwida ta’ dan il-coach internazzjonali.

Il-preparazzjoni ilha li bdiet mit-18 ta’ Lulju u issa dehlin fl-ahar tliet gimghat intensive ta’ tahrig qabel mal-kontingent ta’ 21 persuna jitlaq ghal Finlandja fis-26 ta’ Awwissu sabiex jibda bl-impenj tieghu f’din il-kompetizzjoni.

It-tim ta’ Hibs qed ihares lejn din il-kompetizzjoni b’realta li huwa grupp difficli hafna izda b’ottimizmu li nistghu ingibu rizultati tajbin ghaliex nemmnu fil-kapacitajiet tal-players u staff taghna kif ghamilna tul listagun li ghadda li wassalna biex bl-istess entuzjazmu u b’saqajna ma’ l-art nerbhu l-kampjonat.

It-tim ser ikun sahansitra qed jittrejna darbtejn kuljum fil-gimghatejn ta’ qabel jitlaq il-kontingent sabiex jissoda l-preparazzjoni teknika tieghu u dan grazzi ghad-disponibilta tal-players kollha li qed jahdmu bisshih biex mhux biss naghmlu isem lil Hibs izda anke lill-futsal Malti.

It-tim ta’ Hibs ser ikun maghmul minn din l-iskwadra:- Goalkeepers:- Christian Cassar, Brian Baldacchino, Cain Agius Players:- Frank Ellul, Cedric Sciberras, Jesmond Micallef, Darren Agius, Melvin Borg, Boicho Marev,Georgi Gerasimov, Levan Kobeidze, Kurt Bartolo, Daniel Brincat, Xavier Saliba, David Bobokhidze,Blogovist Marev.

Coach:- Avandil Sanitiani Asst. Coach:- John Mizzi Team Manager:- Keith Jones Delegati:- Jason Formosa, Stuart Abdilla





Leave a comment