Partecipazzjoni kbira fil jiem li ġejjin minn sewwieqa Maltin barra minn Malta

Wednesday, August 16, 2017, 12:53

Wara li fi tmiem il-Ġimgħa li għadda Zach Zammit spiċċa fit-tieni post ġewwa tellieqa prestiġjuza fl-Ingilterra fi jiem illi ġejjin ħdax il-sewwieq Malti u tuner huma impenjati barra minn xtutna.

Rodren Vella u Bernard Galea ser ikun qieghed jikkompetu bil-Honda Civic fis-750 Motor Club Roadsport gewwa ic-cirkwit internazzjonali ta Silverstone fl-Ingilterra.

Ġewwa Hockenheim fil-Ġermanja iz-zewġ sewwieqa ta fama internazzjonali Duncan Micallef, Franklyn Borg u t-tuner Malti Simon Giordmaina ser ikunu impenjati fil-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing organizzat mill-FIA u mill-FIM. Kemm Duncan Micallef kif ukoll Franklyn Borg jinsabu fil-quċċata tal-klassifika tal-klassijiet rispettivi tagħhom. Micallef jerġa jkun impenjat f’rawnd ieħor tal-kampjonat fi tmiem il-ġimgħa ta wara ġewwa Tierp Arena fl-Isvezzja.

Borg u Micallef jerġgħu jiltaqgħu għal-finali tal-kampjonat ġewwa Santa Pod fl-Ingilterra fid-9 u 10 ta’ Settembru.

Il-Hillclimb ferm popolari ta Chiaramonte li din is-sena ser tkun is-60 edizzjoni ser issir bejn il-25 u is-27 ta’ Awwissu u għal darb oħra ser ikollha prezenza qawwija ta sewwieqa Maltin. Xejn anqas minn 7 sewwieqa ser jippartecipaw. Didier Bugeja fuq Peugeot 106, Etienne Grech fuq Citroen Saxo, Edward Calleja fuq Lotus, Noel Galea fuq Escort, James Dunford u Mark Micallef fuq Radicals u Joe Anastasi fuq Mini.





Leave a comment