Parteċipazzjoni fir-Rolex Fastnet għall-ekwipaġġi tal-Jarhead Young Sailors Foundation.

Tuesday, July 23, 2019, 13:22

Il-Jarhead Young Sailors’ Foundation, li hija organizzazzjoni li l-għan ewlieni tagħha hu li teduka t-tfal u żgħażagħ fl-ibburdjar, kienet reċentement rappreżentata fit-tellieqa Cowes – Dinard – St Malo, organizzata mir-Royal Ocean Racing Club. Din il-parteċipazzjoni kienet l-ewwel avveniment internazzjonali barra mill-ilmijiet tal-Mediterran għal dan l-ekwipaġġ żagħżugħ, li ha sehem fil-Kategorija IRC Three,  l-akbar klassi f’din it-tellieqa. 

L-ekwipaġġ li kien immexxi minn Nikki Henderson, kaptana b’esperjenza kbira, kien jikkonsisti minn Fabio Galea, Emilie Gregory, Greg Mifsud Orlando, Patrice Pace, Saul Vassallo, Francesca Zammit u Zachary Zammit. Ħafna mill-membri ta’ dan l-ekwipaġġ kisbu bażi sogħda fl-ibburdjar partikolarment fil-klassi tal-Optimist, Laser u RS Feva. L-ekwipaġġ kiseb 19-il post minn flotta ta’49 parteċipant.

Fl-2018, fl- età  ta 25 sena, Nikki Henderson  kienet l-iżgħar kaptan li qatt kien mexxa tim fil- Clipper Round the World Yacht Race. Henderson spjegat li t-tellieqa Cowes – Dinard – St Malo ma kinietx nieqsa mill-isfidi, iżda dawn ġabu magħom numru ta’ esperjenżi ġodda għal dan l-ekwipaġġ żagħżugħ. Ta’ min isemmi li din kienet l-ewwel tellieqa fl-ilmijiet kesħin tar-Renju Unit, kif ukoll  l-ewwel darba li il-baħħara kollha ltaqgħu flimkien bħala tim fuq id-dgħajsa l-ġdida “JYS Jan”. Minkejja dan kollu, l-ekwipaġġ wera kapaċita u maturita kbira kif jixhed ir-riżultat posittiv miksub.

Kien bi pjaċir li nara kif it-tim kiber, tjieb, ħadem u żviluppa flimkien. Wieħed irid iqis ukoll li kull membru tat-tim kellu l-isfidi personali tiegħu kemm matul it-taħriġ u wisq iktar waqt  it-tellieqa. Il-frott  ta’ dan ix-xogħol  intwera fir-riżultat miksub.  Konvinta li ħallejna impatt pożittiv kemm  qalb il-flotta kif ukoll  ma’ nies li kienu qedin isegwuna. ” Nikki Henderson, Kaptan, JYS Jan.

L-ekwipaġġ tellaq f’kundizzjonijiet tajbin fl-ewwel sitt siegħat tat-tellieqa, b’riħ mill-Lbiċ, b’veloċita ta’ madwar 10 – 15-il mil nawtiku fis-siegħa, li wassalhom sad-dawra madwar St. Malo.

Kif beda riesaq  il-lejl ir-riħ żdied għal-20 mil nawtiku fis-siegħa u l-ekwipaġġ kellhom biċċa xogħol ferm iebsa sabiex jmexxu id-dgħajsa fid-dlam, bl-ispinnaker miftuħ kollu sa ma daru mal-fanal ta’ Les Hanois. Bil-blat bi ftit mili il-bogħod fuq naħa u l-kumplament tal-flotta riesqa fuq in-naħa l-oħra kien mument drammatiku fejn l-ekwipaġġ ammetta li dan kien wieħed mill-iktar mumenti diffiċli fit-tellieqa. Iżda din it-tattika tat vantaġġ sostanzjali lil ekwipaġġ.

Ir-riżultat miksub kien pożittiv ħafna, speċjalment meta wieħed iqis li l-ekwipaġġ Jarhead  kien qiegħad  jikkompeti ma baħħara b’ esperjenża kbira f’din it-tellieqa kif ukoll mal-ibħra madwar il-korsa.

Il-membri kollha tal-ekwipaġġ tennew l-istess sentiment pożittiv wara l-parteċipazzjoni tagħhom f’Cowes. Filwaqt li għal xi wħud, bħal Emilie Gregory u Patrice Pace, kienet l-ewwel esperjenza fit-tlielaq offshore, għal oħrajn bħal Gregory Mifsud Orlando, Saul Vassallo u Zachary Zammit, kienet opportunità ta’ taħriġ eċċellenti speċjalment fid-dinamika tal-group. 

L-ekwipaġġ Jarhead issa qed iħejji għar-Rolex Fastnet Race, tellieqa offshore ta’ 606 mil nawtiku, li ser tibda nhar is-Sibt 3 ta ‘Awissu. L-esperjenza pożittiva f’Cowes tawgura għal prestazzjoni tajba f’din it-tellieqa iebsa, li hi famuża għal-kurrenti li jiddominaw il-korsa.

Wilfrid Buttigieg, l-Amministratur tal-Fondazzjoniji spjega fi kliemu stess: “Ninsabu kuntenti bil-mod kif l-affarijiet evolvew fil-Fondazzjoni. Fi żmien qasir, iffurmajna tim li se jirrappreżenta lil Malta fit-tlielaq popolari u prestiġjużi bħar-Rolex Fastnet u diġa’ hemm pjanijiet biex iż-żewġ jottijiet J-109 tal-Fondażżjoni jkunu rrappreżentati f’tellieqa oħra ta’ 606 mil nawtiku – it-tellieqa ikonika  Rolex Middle Sea Race.  Is-Salib tal-Kavallieri,  ser jkunu muri b’kburja fuq l-ispinnaker tal-jott tagħna u ninsab fiduċjuż li l-ekwipaġġi żgħażagħ tagħna se jilħqu l-aspettattivi tagħna”.

Il-Fondazzjoni ħabbret ukoll sħubija reċenti ma’ Greig City Academy, proġett tal-ibburdjar ibbażat fir-Renju Unit li jinvolvi baħrin żgħażagħ ta’ potenzjal qawwi.  Kemm il-baħrin żgħażagħ tal-Jarhead u ta’ Greig City temmew l-Royal Ocean Racing Club Cowes-St Malo bi tħejjija għall-Fastnet 2019. Il-Fondazzjoni tqis dan l-eżerċizzju kollaborattiv bħala wieħed ta’ spirazzjoni, li jawgura tajjeb għall-futur kemm tal- entitajiet kif ukoll tal-baħħara żgħażagħ.

Il-Fondazzjoni tagħti lill-baħħara lokali esperjenza internazzjonali fi tlielaq tal-jottijiet prominenti

 

Il-Jarhead Young Sailors’ Foundation, li hija organizzazzjoni li l-għan ewlieni tagħha hu li teduka t-tfal u żgħażagħ fl-ibburdjar, kienet reċentement rappreżentata fit-tellieqa Cowes - Dinard - St Malo, organizzata mir-Royal Ocean Racing Club. Din il-parteċipazzjoni kienet l-ewwel avveniment internazzjonali barra mill-ilmijiet tal-Mediterran għal dan l-ekwipaġġ żagħżugħ, li ha sehem fil-Kategorija IRC Three,  l-akbar klassi f'din it-tellieqa. 

 

L-ekwipaġġ li kien immexxi minn Nikki Henderson, kaptana b’esperjenza kbira, kien jikkonsisti minn Fabio Galea, Emilie Gregory, Greg Mifsud Orlando, Patrice Pace, Saul Vassallo, Francesca Zammit u Zachary Zammit. Ħafna mill-membri ta’ dan l-ekwipaġġ kisbu bażi sogħda fl-ibburdjar partikolarment fil-klassi tal-Optimist, Laser u RS Feva. L-ekwipaġġ kiseb 19-il post minn flotta ta'49 parteċipant. 


Fl-2018, fl- età  ta 25 sena, Nikki Henderson  kienet l-iżgħar kaptan li qatt kien mexxa tim fil- Clipper Round the World Yacht Race. Henderson spjegat li t-tellieqa Cowes – Dinard – St Malo ma kinietx nieqsa mill-isfidi, iżda dawn ġabu magħom numru ta’ esperjenżi ġodda għal dan l-ekwipaġġ żagħżugħ. Ta’ min isemmi li din kienet l-ewwel tellieqa fl-ilmijiet kesħin tar-Renju Unit, kif ukoll  l-ewwel darba li il-baħħara kollha ltaqgħu flimkien bħala tim fuq id-dgħajsa l-ġdida “JYS Jan”. Minkejja dan kollu, l-ekwipaġġ wera kapaċita u maturita kbira kif jixhed ir-riżultat posittiv miksub.

 

Kien bi pjaċir li nara kif it-tim kiber, tjieb, ħadem u żviluppa flimkien. Wieħed irid iqis ukoll li kull membru tat-tim kellu l-isfidi personali tiegħu kemm matul it-taħriġ u wisq iktar waqt  it-tellieqa. Il-frott  ta’ dan ix-xogħol  intwera fir-riżultat miksub.  Konvinta li ħallejna impatt pożittiv kemm  qalb il-flotta kif ukoll  ma’ nies li kienu qedin isegwuna. ” Nikki Henderson, Kaptan, JYS Jan. 


L-ekwipaġġ tellaq f’kundizzjonijiet tajbin fl-ewwel sitt siegħat tat-tellieqa, b’riħ mill-Lbiċ, b’veloċita ta’ madwar 10 – 15-il mil nawtiku fis-siegħa, li wassalhom sad-dawra madwar St. Malo.

 

Kif beda riesaq  il-lejl ir-riħ żdied għal-20 mil nawtiku fis-siegħa u l-ekwipaġġ kellhom biċċa xogħol ferm iebsa sabiex jmexxu id-dgħajsa fid-dlam, bl-ispinnaker miftuħ kollu sa ma daru mal-fanal ta’ Les Hanois. Bil-blat bi ftit mili il-bogħod fuq naħa u l-kumplament tal-flotta riesqa fuq in-naħa l-oħra kien mument drammatiku fejn l-ekwipaġġ ammetta li dan kien wieħed mill-iktar mumenti diffiċli fit-tellieqa. Iżda din it-tattika tat vantaġġ sostanzjali lil ekwipaġġ.

 

Ir-riżultat miksub kien pożittiv ħafna, speċjalment meta wieħed iqis li l-ekwipaġġ Jarhead  kien qiegħad  jikkompeti ma baħħara b’ esperjenża kbira f’din it-tellieqa kif ukoll mal-ibħra madwar il-korsa.

 

Il-membri kollha tal-ekwipaġġ tennew l-istess sentiment pożittiv wara l-parteċipazzjoni tagħhom f’Cowes. Filwaqt li għal xi wħud, bħal Emilie Gregory u Patrice Pace, kienet l-ewwel esperjenza fit-tlielaq offshore, għal oħrajn bħal Gregory Mifsud Orlando, Saul Vassallo u Zachary Zammit, kienet opportunità ta’ taħriġ eċċellenti speċjalment fid-dinamika tal-group. 

 

L-ekwipaġġ Jarhead issa qed iħejji għar-Rolex Fastnet Race, tellieqa offshore ta’ 606 mil nawtiku, li ser tibda nhar is-Sibt 3 ta 'Awissu. L-esperjenza pożittiva f’Cowes tawgura għal prestazzjoni tajba f’din it-tellieqa iebsa, li hi famuża għal-kurrenti li jiddominaw il-korsa. 

 

Wilfrid Buttigieg, l-Amministratur tal-Fondazzjoniji spjega fi kliemu stess: “Ninsabu kuntenti bil-mod kif l-affarijiet evolvew fil-Fondazzjoni. Fi żmien qasir, iffurmajna tim li se jirrappreżenta lil Malta fit-tlielaq popolari u prestiġjużi bħar-Rolex Fastnet u diġa’ hemm pjanijiet biex iż-żewġ jottijiet J-109 tal-Fondażżjoni jkunu rrappreżentati f’tellieqa oħra ta’ 606 mil nawtiku – it-tellieqa ikonika  Rolex Middle Sea Race.  Is-Salib tal-Kavallieri,  ser jkunu muri b’kburja fuq l-ispinnaker tal-jott tagħna u ninsab fiduċjuż li l-ekwipaġġi żgħażagħ tagħna se jilħqu l-aspettattivi tagħna".

 

Il-Fondazzjoni ħabbret ukoll sħubija reċenti ma’ Greig City Academy, proġett tal-ibburdjar ibbażat fir-Renju Unit li jinvolvi baħrin żgħażagħ ta’ potenzjal qawwi.  Kemm il-baħrin żgħażagħ tal-Jarhead u ta’ Greig City temmew l-Royal Ocean Racing Club Cowes-St Malo bi tħejjija għall-Fastnet 2019. Il-Fondazzjoni tqis dan l-eżerċizzju kollaborattiv bħala wieħed ta’ spirazzjoni, li jawgura tajjeb għall-futur kemm tal- entitajiet kif ukoll tal-baħħara żgħażagħ.

 

 

 


 

Notes to Editors

 

About the Rolex Fastnet

 

The Royal Ocean Racing’s biennial flagship event is expected to attract a record number of entries. The 605 Nautical Mile course will take the fleet down the English Channel, either side of the prohibited ‘traffic separation scheme’ zone between Land’s End and the Scilly Isles, across the Celtic Sea to the Fastnet Rock, four miles off southwest Ireland, back south leaving Bishop Rock and the Scilly Isles to port and then, on past the Lizard, to the finish off Plymouth.

 

The Rolex Fastnet Race will start at 13:30hrs on Saturday, 3 August.

 

About Jarhead Young Sailors’ Foundation

 

The Jarhead Young Sailors Foundation is a non-profit voluntary organisation with the principal purpose of educating children, youths and young adults in the sport of sailing.

 

Currently, the organisation administers ‘Jarhead’ and ‘JYS-JAN which are two 36-foot J-109 racing sailing boats. The main scope of the foundation is to reach out to disenfranchised and mainstream secondary school students who have never experienced the sport of sailing.

 

The same racing boats are also available in order to provide for a training and a competitive experience in local or inshore Mediterranean region sailing regattas for more experienced 16 years+ sailors who form part of the intermediate or advanced program.

 

‘Jarhead’ has also participated in the Rolex Middle Sea Race via the more experienced group of young sailors aged 16+. In 2017 the race was attempted but retired due to extreme weather conditions whilst the 2018 ‘50th Anniversary’ race edition, Jarhead young sailors completed the challenging race with a positive and encouraging result. As from 2019 both Jarhead and JYS-JAN will be participating in the Iconic Rolex Middle Sea Race possibly also including an all female team for one of the two J-Boats.

 

 

 





Leave a comment