Parliamentary Secretary Dr Clifton Grima visits MOC Offices

Monday, June 26, 2017, 17:18

Is-Segretarju Parlamentari ghaż-Żghazagh, Sports u Għaqdiet Volontarji, Dr Clifton Grima għamel żjara uffiċjali fl-uffiċini tal-Kumitat Olimpiku Malti u mal-għola uffiċjali tal-SportMalta.

Fil-bidu tal-laqgħa il-president tal-MOC, Julian Pace Bonello, feraħ lil Dr Grima għall-irwol ġdid tiegħu bħala Segretarju Parlamentari u li jħares ‘il quddiem biex jaħdmu id f’id ħalli Malta jkollha iżjed suċċessi fil-qasam tal-isport.

Waqt il-laqgħa Is-Segretarju Parlamentari, Dr Grima, faħħar il-ftehim li kien sar bejn L-MOC u l-Gvern fejn l-MOC tirċievi pakkett finanzjarju kull erba’ snin. Dr Grima fisser kif dan il-ftehim se jpoġġi lill- Kumitat Olimpiku f’pożizzjoni aħjar biex jippjana u jistabilixxi minn qabel x’fondi għandu disponibbli biex matulu jsir it-taħrig u tħejjijiet necessarji fost l-oħrajn ghall-Logħob tal-Commonwealth fl-Awstralja u kif ukoll għall-Loghob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Malta fl-2023.

Apparti minn hekk, Dr Grima faħħar numru ta’ proġetti li saru fl-ahhar legislatura, fosthom tal-‘upgrading tal-pixxina nazzjonali. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li qed iħares ‘il quddiem sabiex jitlestew il-proġetti ġodda li ġew mħabbra fosthom ir-‘resurfacing’ tal-korsa tal-atleti fil-Marsa.

Photos credits, Kevin Abela





Leave a comment