- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Organnizata lis-Sparatura Annwali Tal-FKNK

Posted By Sportinmalta On August 9, 2016 @ 3:38 pm In Featured,Other,Shooting | No Comments

Gavin Muscat

Għat-22 sena konsekuttiva, fil-31 ta’ Lulju 2016, fuq ir-‘ranges’ tal-isparar tal-plattini ġewwa Ħal Far, l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) organizzat l-Isparatura Annwali tat-Timijiet, fejn jikkompetu timijiet ta’ sitt tiraturi mill-Għaqdiet fi ħdan l-istess FKNK.  F’dawn l-aħħar snin l-organiżazzjoni ta’ din l-isparatura, l-akbar waħda tax-xorta tagħha li tkun organizzata f’Malta, kienet vdata lis-Sotto-Kumitat tal-FKNK, il-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi u Edukattiva (KRPE).

Erbagħtax il-tim ikkompetew fuq iż-żewġ ‘ranges’ li jinsabu ġewwa il-kamp sportiv ta’ Ħal Far.  Interessanti li wieħed jinnota, li dawn ir-’ranges’ kienu ġew uffiċjalment inawgurati fl-1987 mill-Perit Karmenu Vella, illum il-Kummissarju tal-Ambjent tal-UE.

Fl-ewwel post rebaħ it-tim ta’ Qormi A (198), Żebbuġ A (197) fit-tieni post, u t-timijiet ta’ Qormi B u Żebbuġ B qasmu l-unuri tat-tielet u r-rabgħa postijiet peress li ġabu ‘score’ l-istess ta’ 196 plattinia minn 200.

It-tiraturi individwali bl-aqwa ‘scores’ kienu Matthew Grech (Żebbuġ B) fl-ewwel post, segwit minn Etienne Bugeja (Żebbuġ B ukoll) u Andy Spiteri (Mtaħleb) li ġew fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Il-FKNK tixtieq tirringrazzja lill-persuni li huma responsabli mir-‘ranges’ ta’ Ħal Far, lil dawk kollha li għenu biex tiġi organizzata mill-aħjar mod possibli l-isparatura, kif ukoll lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni annwali tant mistennija.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Individuals

————————————————————————————————————————————————————-

Qormi A

————————————————————————————————————————————————————-

Qormi B

————————————————————————————————————————————————————-

Zebbug A

————————————————————————————————————————————————————-

Zebbug B

————————————————————————————————————————————————————-


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/organnizata-lis-sparatura-annwali-tal-fknk/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.