Organizzati għall-ewwel darba kampjonati femminili tal-lotta

Friday, December 9, 2011, 12:13

Il-Federazzjoni Maltija Lotta għall-ewwel darba f’pajjiżna organizzat Kampjonati  Nazzjonali għal Schoolgirls barra għal Schoolboys. Il-prgramm kien jinkludi wkoll il-kampjonati tal-Kadetti Maskili.

Il-Qawra Wrestling Club iddomina d-Diviżjoni Schoolgirls billi rebaħ l-erbgħa kategoriji kollha ta’ piż. Kien hemm kategoriji ta’ piż għal Schoolboys li ntrebħet ukoll mill-Qawra. Id-Diviżjoni Kadettti (Maskili) kienet xorta oħra billi n-Naxxar Boys Secondary u l-Qawra rebħu żewġ kategoriji kull wieħed.

Ir-Rebbieħa

Diviżjoni Kadetti (Irġiel)

53kg: Gary Giordimaina (Naxxar Boys Secondary)

59kg: Nico Zarb (Qawra Wrestling Club)

63kg: Nico Zarb (Qawra Wrestling Club)

(Nota: Zarb ħa part f’żewġ kategoriji ta’ piż)

69kg: Mark Galea (Naxxar Boys Secondary)

Diviżjoni School Girls

32kg: Alanis Cardona (Qawra Wrestling Club)

37kg: Alanis Cardona (Qawra Wrestling Club

(Nota: Cardona ħadet parti f’żewġ kategoriji ta’ piż)

52kg: Caseann Bonello (Qawra Wrestling Club)

57kg: Jeanette Galea (Qawra Wrestling Club)

Diviżjoni School Boys

42kg: Tristian Zammit (Qawra Wrestling Club

 

  

 





Leave a comment