Organizzata l-ewwel attivita tax-xorta taghha ghal din is-sena mit-Tarxien Ultras

Friday, October 17, 2014, 8:00

Fit-8 ta’ Ottubru 2014 giet organizzata l-ewwel attivita tax-xorta taghha ghal din is-sena mit-Tarxien Ultras, fejn ghaliha kienu prezenti membri tal-kumitat, l-iStaff Tekniku, Plejers u supporters Tarxinizi. Waqt din l-attivita, li se tibda tkun organizzata kull xahar, gie ppremjat l-aqwa Plejer ghax-xuhura ta’ Awwissu u Settembru hekk kif maghzul mis-sapporters Tarxinizi. Kull sapporter kellu l-opportunita li jivvota fuq il-pagna taghna fuq is-sit socjali Facebook wara kull loghba.

Il-plejer li gie onorat b’dan l-unur ghal Awwissu u Settembru huwa l-Braziljan Alvaro Silva Branquinho segwit minn Manuel Caruana u Wesley Pipico (bl-istess punti) fit-tieni post u Alex Cini fit-tielet post. It-trofew ghal dan ix-xahar giet sponsorjata mill-Onorevoli Dr. Jason Azzopardi M.P.





Leave a comment