Organizzata b’suċċess Open Day/Fun Day mill-Valletta Nursery

Friday, September 27, 2013, 19:20

Il-Valletta FC Youth Nursery organizzat b’suċċess Open Day/Fun Day il-Ħadd 22 ta’ Settembru 2013 biex fetħet l-istaġun għal etajiet iż-żagħar. L-Open Day/Fun Day bdiet b’quddies u kompliet b’sessjoni lit-tfal tan-Nursery mill-kowċ tal-Valletta FC Mark Miller. Rosanne Miller għamlet sessjonijiet ta’ Aerobics u wara ikla żgħira, it-tabib tal-isport Dr. Aaron Formosa għamel sessjoni edukattiva dwar l-‘injuries’ u kif għandek tfiq. It-tfal tan-Nursery reġgħu kienu involuti meta lagħbu partita kontra l-plejers barranin tal-Valletta FC f’atmosfera sabiħa. Andrew Pace għamel sessjoni taz-Zumba b’diversi nisa jattendu għal siegħa pjaċevoli. L-Open Day għalqet f’atmosfera brillanti ta’ ħbiberija b’partita bejn il-kowċis, membri tal-kumitat u l-ġenituri.

Min hu interessat li jingħaqad mal-Valletta FC Youth Nursery jista jkellem lis-Segretarju Stewart Said. Ukoll hemm ħsieb li jibdew isiru sessjonijiet taz-Zumba għal kulħadd.





Leave a comment