Organizzata b’suċċess l-ewwel edizzjoni tal-Valletta Cup
Monday, October 8, 2018, 8:29Ġiet organiżżata b’suċċess l-ewwel edizjoni tat-turnament Valletta Cup. Għal dan it-turnament ħadu sehem iż-żewġ klabbs beltin ta’ Valletta Subbuteo Club u Valletta Lions TFC. Kienet kompetizzjoni individwali fuq żewġ kategoriji, kategorija Open u kategorija Cadet.
Ir-rebbieħ tal-kategorija Open kien Derek Conti plejer ta’ Valletta Subbuteo Club u Mario Camilleri plejer ieħor ta’ Valletta Subbuteo Club kien finalist.
Thomas Ebejer ta’ Valletta Lions TFC kien ir-rebbieħ tal-kategorija kadet, u Jeshua Bonnici plejer ta’Valletta Lions TFC kien finalist.
Waqt id-diskors tiegħu, il-Kunsillier Ray Azzopardi irringrazzja liż-żewġ klabbs, il-presidenti u l-kumitat kollu li rnexxilhom jaħdmu flimkien biex dan it-turnament itella’ b’suċċes. Ħabbar ukoll li qed jaħdem fuq proġetti oħra u ikbar li jinvolvu ż-żewġ klabbs, aparti t-tieni edizzjoni ta’ Valletta Cup li ser tkun f’April 2019. Is-sur Azzopardi awgura liż-żewġ klabbs għall-iktar suċċessi, filwaqt li wiegħed li dejjem ser issibu l-għajnuna tiegħu.
