Organizzata b’suċċess l-attività tal-GMA għal Dar Arka

Thursday, October 10, 2019, 8:09

Nhar il-Ħadd li għadda mis-siegħa ta’ waranofsinhar, il-Gozo Motorcross Association (GMA) organizzat tlielaq tal-muturi motocross u enduro kif ukoll tal-karozzi autocross, fil-korsa taz zwiemel f’Ta’ Xħajma. Il-fondi miġbura minn din l-attività marru għal Dar Arka. Din l-attività kienet issapportjata mill-Ministeru għal Għawdex, il-Gozo Sports Board u l-Gozo Horse Racing Association.

Il-kompetituri  tal-muturi kienu 40, imqassma  fi klassijiet A, B1, B2  u C. Il-kompetizzjonijiet qanqlu interess kbir hekk kif is-sewwieqa sabu ruħhom jikkompetu ma’ oħrajn li mhux soltu jkunu fil-klassi tagħhom.

Imbaghad kien hemm sezzjoni bil-muturi ta’ 80 cc, fejn ikkompetew 6 sewwieqa.

L-autocross ukoll kienu ferm interessanti, b’10 karozzi li minn tliet kategoriji ħarġu rebbieħa sitt sewwieqa.

Motocross u Enduro

Klassi A : fl-1 post -  Bernard Sammut, fit-2 post – Garry Debono, fit-3 post – James Zahra

Klassi B 2-stroke: fl-1 post – Samuel Spiteri, fit-2 post – Daniel Portelli, fit-3 post – Nataniel Camilleri

Klassi B 4-stroke: fl-1 post- Kyle Camilleri, fit-2 post – Glenn Vella,  fit-3 post - Matthew Buttigieg

Klassi Ċ : fl-1 post – Antoine Muscat,  fit-2 post - Anthony Fenech, fit-3 post – Jaimie Vassallo

Autocross Standard:

Fl-1 post - Gorg Xerri, fit-2 post – Clayton Cardona, fit-3 post – Marvic Sultana

Autocross Modified

Fl-1 post - Matthew Vella,  fit-2 post - Mario Attard,  3rd – Eman Cefai

Il-President tal-GMA Frank Xuereb qassam il-medalji lil dawk kollha li ħadu sehem u anke t-trofej lir-rebbieħa, filwaqt li rringrazzja lil Scott Donavan,  lil Marshalls  u l-helpers kollha tal-għajnuna tagħhom.

Il-GMA tavża li l-ewwel rawnd mill-Gozo Motocross Championship 2020 fuelled by Enemed, se tiġi organizzata nhar il-Ħadd 13 ta Ottubru 2019. Il-GMA dejjem tħeġġeġ aktar sewwieqa jingħaqdu magħha u jkunu parteċipi fl-attivitajiet li torganizza.

Għal aktar tagħrif tista żżur il paġna ta’  Facebook fuq – https://www.facebook.com/gmagozzo





Leave a comment