Organizzat il-Kampjonat Mondjali tas-Snooker ta’ Taħt il-21 sena 2016

Thursday, August 25, 2016, 16:50

Gavin Muscat

Iż-żewġ plejers Maltin eliminati

Iż-żewġ plejers Maltin li kienu qed jiehdu sehem fil-Kampjonat Mondjali tas-Snooker ta’ Taht il-21 sena li qed jintlagħab gewwa Mol fil-Belgju, Brian Cini u Chris Peplow sfaw eliminati.

Wara li ż-żewġ plejers ikkwalifikaw għal mal-ahhar 64, il-bierah fl-għaxija Brian Cini safa eliminat mill-plejer minn Hong Kong Ka Wai Cheung bl-iskor ta’ 4-1. Dan tal-ahhar kien f’forma verament tajba u ftit ta cans lill-plejer Malti jidhol fil-logħba tant li kellu brejks ta’ 88, 87, 73 u 51.

Min-naha ta’ Peplow il-bierah fl-għaxija għadda għal mal-ahhar 32 wara li għeleb lill-plejer tar-Repubblika Irlandiża Shane Bates bl-iskor ta’ 4-0. Iżda aktar kmieni llum huwa ltaqa’ kontra Ka Wai Cheung li l-bieraħ elimina lil Cini u l-plejer Malti safa’ megħlub ukoll bl-iskor ta’ 5-4 wara li kien 4-2 minn fuq u b’hekk il-plejer minn Hong Kong elimina liż-żewġ plejers Maltin.

Aktar informazzjoni dwar dan il-Kampjonat (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-IBSF www.ibsf.info

Il-parteċipazzjoni taż-żewġ plejers Maltin f’dan il-Kampjonat kienet possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

 





Leave a comment