Organizzat b’suċċess it-turnament annwali nhar Boxing Day

Wednesday, January 4, 2012, 14:37

minn Cristian Muscat

It-turnamnet annwali organizzat nhar Boxing Day kien ghal darb’ohra suċċess. Fit-turnamnet ta’ din is-sena bħas-soltu ħadu sehem il-kowċis, referees u ġurnalisti u għall-ewwel darba matul din is-sena ħadu sehem ukoll membri tal-istaff tal-MFA. It-turnament intlgħab fil-Grawnd taċ-Ċentinarju f’ Ta’ Qali.

Grazzi għall-għajnuna ipprovduta mill-MFA li pprovdiet kemm il-grawnd kif ukoll materjal iehor, l-isponsorship mill-FXDD, donazzjonijiet mill-plejers u l-Assoccjazzjonijiet fosthom l-MFCA, l-MFRA, l-GHGS u l-istaff tal-MFA – inġabret is-somma sabiħa ta’ 3,050 Ewro liema fondi marru kollha għall-Community Chest Fund.

Dawn huma r-riżultati tal-logħbiet kif ukoll l-iskorers:

MFRA vs MFA Staff: 1-1 Gowls – Daniel Farrugia – referees, Noel Turner – MFA Staff

MFCA vs GHGS: 3-0 Gowls – Paul Zammit, Joe Brincat, Joey Falzon

MFRA vs MFCA: 1-2 Gowls Jude Amin Utulu – referees, Paul Zammit (2) – kowcis

MFA Staff vs GHGS 4-3: Gowls – Noel Turner (2), Branko Nisevis , Frans Tabone – MFA Staff; Peter Cossai, Julian Fenech, Paul Cachia – GHGS

Għalhekk l-MFCA rebħu dan it-turnamnet b’punti massimi minn 3 loghbiet, segwiti mill-istaff tal-MFA b’4 punti, l-MFRA b’2 punti u l-GHGS b’punt wieħed.

Paul Zammit spiċċa bħala l-aqwa skorer b’5 gowls segwit minn Noel Turner b’4 gowls. Ivan Mizzi rebaħ l-unur tal-isbaħ gowl tat-turnament.

Il-logħbiet ġew ikkontrollati mill-eks referees Lawrence Sammut u Joe Azzopardi.

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo kif ukoll is-CEO Bjorn Vassallo flimkien ma’ uffiċċjali oħra mill-assoċċjazzjonijiet li pparteċipaw f’dan it-turnamnet ilkoll kienu preżenti għal din l-attivita’ b’għan nobbli.





Leave a comment