Open Day/Fun Day organizzata mill-Valletta Nursery

Sunday, September 15, 2013, 17:59

Il-Valletta FC Youth Nursery qegħda torganizza Open Day/Fun Day il-Ħadd 22 ta’ Settembru 2013 biex tiftaħ l-istaġun 2013/2014 li ser jibda l-għada bl-ewwel sessjonijiet ta’ taħriġ. Din l-Open Day/Fun Day ser issir ġewwa s-Salinos Grounds il-Belt u ser tikkonsisti f’diversi attivitajiet li barra li tippromovi l-attivita prinċipali dik li tipprovdi attivitajiet relatata mal-futbol b’sessjonijiet għat-tfal, tinkludi wkoll attivitajiet għat-tfal bħal ‘bouncy castle’ u ‘face painting’, sessjoni tal-aerobics, sessjonijiet edukattivi u klassi tazZumba. L-attivitajiet fil-grawnd ser ikunu jinvolvu sessjonijiet mill-kowċ tal-Valletta F.C Mark Miller, logħba bejn il-plejers tal-Valletta F.C u t-tfal preżenti u logħba bejn il-ġenituri u l-kowċis u l-membri tal-kumitat. Il-ġurnata tagħlaq bil-preżenza tat-talent lokali.

L-attivitajiet huma miftuħa għal pubbliku inġenerali u d-dħul hu b’xejn. Għal aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu fuq 79951255 jew tibagħtu email fuq stewartsaid3@gmail.com





Leave a comment