#OnTheMove Skolasport tħejji għeluq is-sena skolastika b’wirja sportiva

Friday, June 3, 2016, 12:18

Gavin Muscat

Bis-sena skolastika 2015/16 toqrob lejn tmiemha, il-programm #OnTheMove Skolasport li hu sponsorjat minn Kellogg’s ser jagħlaq bil-Manifestazzjoni annwali. Din is-serata divertenti għall-familja kollha għandha l-għan li turi t-talenti sportivi li t-tfal kisbu matul dis-sena skolastika.

Organizzat minn SportMalta u sponsorjat minn Kellogg’s, l-ispettaklu ser isir it-Tnejn 6 ta’ Ġunju, mis-6.00pm sad-9.00pm fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa. Il-parteċipanti kollha ta’ Skolasport, il-ġenituri u l-ħbieb tagħhom huma mistiedna jattendu. Dħul hu b’xejn.

Dan l-avveniment ferm antiċipat mistenni jara l-kalssi ta’ tfal żgħar tal-programm FUNdamentals jieħdu sehem f’għadd ta’ logħob. Filwaqt li l-gruppi tal-parteċipanti żgħażagħ ser ikun qed jilgħabu basketball, futbol, baseball, volleyball, handball, atletika u ġinnastika. Il-ġenituri jistgħu jingħaqdu mat-tfal tagħhom, filwaqt li l-adulti jistgħu jieħdu sehem fis-sessjonijiet ta’ Tai Chi, Yoga, Zumba u Aerobics.

Matul dawn l-aħħar 16-il sena, Kellogg’s, l-aqwa produttur taċ-ċereali fid-dinja, kien qed jisponsorja l-programm #OnTheMove Skolasport bħala turija ta’ impenn biex jippromwovi stil ta’ ħajja li hu tajjeb għas-saħħa permezz ta’ dieta bilanċjata u eżerċizzju fost il-komunità Maltija.

Dawk li jattendu għal din l-attività ser jidħlu fiċ-ċans li jirbħu tliet riġali offruti minn Kellogg’s. Il-premijiet jinkludu mountain bike u żewġ kameras diġitali.

Ritratt: Uħud mill-attivitajiet li saru matul ix-xow ta’ Skolasport is-sena l-oħra





Leave a comment