Onlajn Sportsfest fi ħdan iċ-Ċentru tal-Edukazzjoni u Sport

Sunday, May 10, 2020, 11:17

Issa li ninsabu fit-tielet term tas-sena skolastika, tradizzjonalment assoċjat m’avvenimenti sportivi li jiġu organizzati f’ħafna skejjel, bħal Ġranet Sportivi, Festivals Sportivi u Laqgħat Atletici fost oħrajn, iċ-Ċentru tal-Edukazzjoni u Sport fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol flimkien ma’ SportMalta se jkun qiegħed jorganizza l-ewwel Onlajn Sportsfest.

Dan l-avveniment se jkun maqsum fi tlett kategoriji:

Primarja (Snin 5-6), Medja (Snin 7-8) u Sekondarji (Snin 9-11).

L-istudenti huma mistiedna biex isegwu l-paġna ta’ facebook MEDE Online Sportsfest kuljum (l-istudenti taħt it-tlettax-il sena huma mħeġġa jużaw l-account tal-ġenituri/gwardjani tagħhom) sabiex jiskopru x’inhi l-isfida tal-ġurnata. Din il-post jittella’ fit-8am.

L-istudenti jkollhom l-opportunita’ sa 6pm tal-istess ġurnata biex jibagħtu vidjow tagħhom stess iwettqu l-isfida preskritta. Dawn l-isfidi se jkopru diversi ħiliet relatati mal-fiżika personali. L-aqwa tlett studenti subien u l-aqwa tlett studenti bniet se jkunu qeghdin jingħataw midalji tad-deheb, fidda u bronż filwaqt li jirbħu punti għall-iskola tagħhom.

Għal din ir-raġuni se jkunu aċċettati biss vidjows li juru lill-istudenti lebsin il-flokk tal-PE tal-iskola tagħhom biss.

Wara l-ħames ġurnata ta’ din il-kompetizzjoni jitħabbru r-rebbieħa f’kull kategorija.





Leave a comment