Oliver Spiteri maħtur kowċ ta’ Vittoriosa Stars

Monday, January 23, 2012, 16:28

Vittoriosa Stars FC iħabbru li waslu fi ftehim mas-Sur Oliver Spiteri biex dan ikopri l-irwol ta’ Head Coach ta’ dan il-Klabb.

Is-Sur Spiteri ser ikun qed imexxi t-tim tal-Vittoriosa Stars FC fil-logħba li jmiss kontra Luxol St Andrews, li ser tintlagħab nhar is-Sibt, 28 ta’ Jannar 2012.  Hu ser ikun assistit mill-Assistant Coach u Coach tat-tim tal-Minors, is-Sur Stefano Grima.

Is-Sur Oliver Spiteri għandu esperjenza ta’ coaching fit-timijiet Nazzjonali u l-aħħar inkarigu tiegħu kien mat-tim tal-Mosta FC, fejn irnexxilu jirbaħ il-promozzjoni mill-ewwel diviżjoni għad-diviżjoni Premier.  Il-Klabb tal-Vittoriosa Stars FC jinsab ċert li s-Sur Spiteri hu l-persuna ideali biex itella lil dan it-tim fil-pożizzjoni li tixraqlu.

Vittoriosa Stars FC jixtiequ jawguraw lis-Sur Oliver Spiteri u li-tim tekniku tiegħu l-ħidma t-tajba, filwaqt li jirringrazzjaw lis-Sur Joe Brincat tax-xogħol tiegħu u jawgurawlu għall-futur.

 

 

 

 





1 Comment

  1. Bugeja says:

    ga ha tidwira vs gharghur 33333333333333333 OLIVER TWIST!!!!!!!!!!!!!!!!!!!

    [Reply]

Leave a comment