Oliver Azzopardi jiddebuta b’success gewwa fl-MDRA

Monday, December 28, 2009, 20:28

Oliver Azzopardi huwa kompetitur gdid ghall-MDRA, huwa ikkompeta f’ zewg avvenimenti ghall-ewwel darba din is-sena b’vettura li mporta huwa stess mill-istati uniti. Il-vettura  hija dragster tat- tip top methanol li kienet tikkompeti gewwa l-Amerika u Oliver iddecieda  li jixtri propju dan id-dragster ghax kien wiehed mill-aqwa ghaxar  dragsters top methanol f’dak il-mumment  gewwa l-iStati Uniti, il-hin ta’ din il-vettura gewwa l-Amerika kien ta 5.30 sekonda u 263 mili fis-siegha ,dak iz-zmien il-crew chief kien Will Hanna fejn huwa maghruf sal-llum il-gurnata ghall-dawn it-tip ta karozzi.

Action from last MDRA's event held at Hal Far

Oliver mhux biss mar jara din il-vettura u xtara pero Oliver ghamel  kors, kif tinstaqq u x’jirikjedi sabiex izomm u jiprapara  vetturi bhal dawn ,fejn kien assistit mic-Champion tad-drag racing ghal diversi drabi Frank Hollie u Jack Backman li ghadu jsuq il-funny car top fuel sponsorjata  minn valvoline u rrnexielu jakwista l-licenzja tal-NHRA li huwa l-ikbar istitut tad- drag racing fid- Dinja.

It-tieni avveniment li Oliver ha sehem kien wiehed ferm pozittiv ghal Oliver u l-crew tieghu fejn mill-ewwel  dan it-team wera li din id-darba riedu jghaddu mill-esperimenti ghal-fatti hekk kif ma l-ewwel run Oliver irregistra  l-ewwel hin tieghu b’girja kompleta ta 7.2 sekondi, girja li Oliver ghamel bi kwart tal-gas maghfus peress li kienet l-ewwel girja shiha tieghu, wara din il-prestazzjoni u b’ moral ferm gholi , Oliver u l-crew tieghu kellhom jiffacjaw l-ewwel finali taghhom , kien propju hu Oliver, Edmond meghjun minn John Cassar maghruf ahjar bhala  ‘il-lonz’ li ghamel il-preparamenti u issetjaw din-il-karozza biex seta’ jaghmel il-girja kif xtaq Oliver u l-crew tieghu.

Din il-finali kienet ferm mistennija minn dawk kollha li kienu qed isegwu dawn it-tigrijiet, fejn din kienet tikonsisti bejn Oliver u l-ahwa Borg tas-Siggiewi li dawn ghandhom esperjenza hafna aktar peress li ilhom isuqu f’din il-klassi ghal zmien twil u sahansitra kelhom crew li ingieb apposta minn gewwa l-Ingilterra sabiex jasisitijhom peress li kienu ghamlu xi modifikazzjonijiet  fil-magna taghhom.

Fost ferh mill-crew u celebrazzjonijiet rajna anki mument ferm kommoventi meta Oliver irritorna lura lejn il-pits u rajna l-ahwa Azzopardi jitghannqu bejniethom.

L-Ghan ewlieni ta’ Oliver huwa li jikser ir-rekord tat-top methanol dragster gewwa t-trakka tal-MDRA f’Hal far Malta.





Leave a comment