Okonkwo jingħaqad ma’ Floriana

Thursday, August 25, 2011, 9:48

Okonkwo fl-azzjoni ma' Dingli propju kontra t-tim li ngħaqad miegħu Floriana

minn Cristian Muscat

Floriana assiguraw is-servizzi tal-istriker Niġerjan Joseph Okonkwo. Huwa ngħaqad mal-klabb fuq kuntratt ta’ sena. Il-plejer irritorna Malta f’ dan is-sajf wara li kellu bidu infeliċi fl-aħħar staġun ma’ Valletta fejn ġie rilaxxat. Huwa ngħaqad ma’ Ħamrun Spartans għall-pre season u f’mument minnhom kien mistenni li jiffirma maghhom. Joseph Okonkwo huwa wiċċ familjari fil-futbol Malti meta lagħab ma’ Dingli Swallows fil-kampjonat BOV Premier fl-istaġun 2009/2010.

Għalkemm Dingli ġew relegati f’dak l-istaġun, Okonkwo kien wieħed mill-ahjar barranin u sab ix-xibka ghal xejn inqas minn 13 -il darba li huwa iktar minn nofs il-gowls kollha li s-Swallows kienu skorjaw matul dak l-istagun. Il-formalitajiet rigward dan il-kuntratt kollha ġew fis-seħħ u applikazzjoni għall-international clearance diġa’ ġiet sottomessa.

Joseph Okonkwo diġa’ beda t-taħriġ mat-tim Furjaniż u dejjem jekk tasal l-international clearance fil-ħin, Okonkwo jkun eliġibbli għall-għażla tal-kowċ Michael Woods għal-logħba li fiha huma mpenjati Floriana nhar is-Sibt li ġej kontra Tarxien Rainbows.





Leave a comment