OkMalta.com iżommu bidu perfett wara 4 ġimgħat

Sunday, February 9, 2020, 21:57

Erba’ ġimgħat mill-bidu tal-istaġun tax-xitwa, OkMalta.com, mertu wkoll tal-plejer ġdid ta’ 15-il sena Nicholas Muscat li ngħaqad magħhom, għelbu lil Strike Me Jabaal 8-0 biex iżommu l-punti massimi  wara 4 ġimgħat.

Huma segwiti mill-FINA li għelbu l- XS Park Towers 6-2 fl-logħba  eċċitanti u fit-tielet post insibu lil-Turu’s Knights  li għelbu lil Blitzkrieg.

It-tim ġdid ta ‘ Swiss Lion kellu jkun kuntent bi draw kontra Supersonic, minkejja li kellu lil Neil Sullivan (serje ta’ 697) u Cynthia Frendo Duca (serje ta’ 637) bħala l-aqwa bowlers tal-ġimgħa. Wara li tilfu l-ewwel żewġ logħbiet, Supersonic sempliċement splodew fl-aħħar logħba fejn lagħbu logħba kbira ta’ 924  biex sfurzaw draw.

Royal Shock ma kellhomx diffikulta biex għelbu lil Bank of Valletta, b’Joe Cassar jitfa’ logħba perfetta ta’ 300, it-tieni waħda tiegħu fil-karriera, biex jiżguraw li jibqgħu 4 punti biss bogħod mit-3 post.

Fit-tieni Diviżjoni, Brutal Legendz jinsab fl-ewwel post segwit mit-tim tal-MIA żewġ punti wara, hekk kif  MIA Team tilfu l-ewwel żewġ punti tal-istaġun hekk kif għelbu lil Bonnici Group 6-2.





Leave a comment