OkMalta.com ikabbru l-vantaġġ għal 6 punti

Monday, August 10, 2020, 7:29

OKMalta.com, li magħhom jilgħab Mauro Anastasi, li għadu kif rebaħ il-Kampjonati Nazzjonali għas-sitt darba, u t-tim Total ta’ Sue Abela, li kisbet it-titlu nazzjonali għall-24 darba, ikomplu jiddominaw ix-xena lokali tat-ten pin bowling hekk kif it-tnejn irreġistraw rebħiet kontra l-avversarji tagħhom din il-ġimgħa.

Filwaqt li OkMalta.com għelbu lil XS 8-0, bl-aħħar logħba biss tkun relattivament viċin, (803-771), it-tim ta’ Total inħassdu fl-ewwel logħba minn Royal Shock fejn tilfu 789-793, iżda rkupraw b’żewġ logħbiet tajbin biex għelbu lill-avversarji tagħhom u rebħu 6-2.

Il-taqtigħa għat-tielet post rat rebħa importanti ta’ 8-0 għal Swisslion fuq Turu’s Knights, biex b’hekk Swisslion jinsabu fit-tielet post, 4 punti fuq Royal Shock. Fil-logħbiet l-oħra, Bank of Valletta ġabu dro ta’ 4-4 kontra Supersonic, waqt li Strike Me Jabaal ħadu 6 punti fuq Blitzkrieg li jinsabu fl-ahhar post.

L-aqwa plejers tal-ġimgħa kienu Nicholas Muscat (OkMalta.com) u Sara Xuereb (Total Team).





Leave a comment