Noti mill-Afrika!

Monday, July 5, 2010, 13:32

Ġurnata wara oħra qegħdin noqorbu lejn tmiem Tazza tad-Dinja li ser tibqa’ storika għax hija l-unika waħda li saret fil-kontinent Afrikan, u Żgur li mhux ser terġa’ ssir hawn fl-għoxrin sena li ġejjin. Edizzjoni li ser tibqa’ mfakkra wkoll għall-protezzjoni li l-FIFA qed tagħti lill-istess organizzaturi biex kemm jista’ jkun ma toħroġ l-ebda aħbar li tagħmel il-ħsara.

Filfatt f’kull edizzjoni, minbarra li nitkellmu dwar il-futbol, ikun hemm episodji, fosthom xi serq, vjolenza jew x’naf jien, li jagħmlu l-aħbar, iŻda f’din l-edizzjoni s’issa, għal grazzja t’Alla ma rajna xejn, jew effetivament ma sar xejn. Żgur li bla dubju wieħed ma jistax però ma jinnutax in-nuqqas kbir ta’ partitarji u entuŻjaŻmu fil-grawnds kollha fejn qed isiru l-logħbiet.

F’kull edizzjoni l-partitarji kienu protagonisti, però anke min bħalna qed isegwi din l-edizzjoni fuq it-televiŻjoni, jinnota li l-istadiums minbarra li qed ikollhom ħafna vojt, qed ikunu nieqsa minn shots tal-partitarji. Per eŻempju nhar il-Ġimgħa lagħbu Żewġ timijiet li għandhom partitarji fost l-aktar ikkuluriti, l-BraŻil u l-Olanda, iŻda anke hawnhekk dak li rajna fuq l-istands kien ftit.

Hija ħasra għax f’kontinent Afrikan fejn il-mod ta’ kif wieħed jiffesteġġa huwa ferm ikkulurit, konna qed nistennew xi ħaġa aħjar.
Tema oħra għad-diskussjoni tagħna matul dawn il-ġranet bla dubju kienet l-indħil tal-politiċi fuq ċerti timijiet parteċipanti, ta’ min kien ftit u ta’ oħrajn kien ħafna. Hawn min jaqbel u hawn min ma jaqbilx, iŻda l-FIFA għamlitha ċara li l-Federazzjonijiet tal-futbol għandhom jibqgħu għal kollox awtonomi. Wieħed min-naħa l-oħra jrid jifhem li t-Tazza tad-Dinja hija avveniment tal-pajjiŻ kollu, mhux ta’ dawk biss li jħobbu l-futbol, allura hemmhekk il-politiċi li huma rappreŻentanti tal-poplu għandhom dritt isemmgħu leħinhom.

Minbarra l-kummenti stupidi li għadda l-mexxej tal-Lega Nord fl-Italja, Bossi, fejn qal li l-logħba kontra Slovakkja kienet mixtrija, u Ż-Żmien waqqa’ dan il-kumment banali għaċ-ċajt; kien hemm ukoll l-investigazzjoni li għamel il-President FranċiŻ Sarkozy, li bgħat għal Thierry Henry u anke għal-kowċ Domenech biex jisma’ x’ġara eŻatt fid-diŻastru fil-grawnd u barra l-grawnd, li Franza kellhom f’din l-edizzjoni.

IŻda l-aktar kumment u deċiŻjoni banali ġiet min-Niġerja, fejn il-President bl-isem partikolari ta’ Good Luck Jonathan qal li n-Niġerja mhux ser tieħu sehem fis-sentejn li ġejjin għax m’hemmx livell. President ta’ pajjiŻ li forsi jħossu dispjaċut, iŻda jekk kull minn jitlef jagħmel bħalu, allura jibqa’ tim wieħed biss jikkompeti.

Fil-futbol inqas kemm tilgħab, iktar tbaxxi l-livell u għalhekk din id-deċiŻjoni tista’ tkun ta’ inkwiet kbir għall-futbol Niġerjan. Ma nistax nifhem ukoll min-naħa l-oħra t-theddid tal-FIFA, għax jekk dan Jonathan ma jneħħix id-deċiŻjoni u l-FIFA tikkastiga lin-Niġerja, allura l-plejers u l-futbol fil-pajjiŻ ikunu qed jieħdu kastig doppju. Kastig li bla dubju għandhom jieħduh diversi referees li kien hemm f’din l-edizzjoni.

Żbalji kbar li lanqas biss temmen li setgħu jittieħdu għax uħud minnhom tant kienu ċari anke għalina li qed naraw mid-dar. Jispikkaw fost l-oħrajn il-gowl li kellu jkun dak tad-dro tal-Ingilterra kontra l-Ġermanja, u l-offside li ma kienx imsaffar fil-vantaġġ tal-logħba tal-Arġentina kontra l-Messiku.

Dan tal-aħħar ikun l-aktar wieħed gravi għax bi Żball kien hemm ir-ripetizzjoni fuq il-big screen tal-grawnd u t-tern arbitrali ratu iŻda ma ħassret xejn, u għarrqet lill-Messiku.

U bil-pressoni ta’ dawn l-azzjonijiet hekk vili kontra l-Ingilterra u l-Messiku, l-FIFA dehret li ser iċċedi bil-mod il-mod għall-pressjoni ta’ ħafna, u ddaħħal l-għajnuna teknoloġika, fejn Blatter li huwa konservattiv iktar mill-konservattivi kollha f’daqqa, wara li skuŻa ruħu mal-pajjiŻi nvoluti qal li f’kaŻi bħal dan l-għajnuna tar-ripetizzjoni għandha tidħol.

Nispera li issa l-International Board magħmul minn rappreŻentanti tar-Renju Unit u l-FIFA japprovaw kemm jista’ jkun malajr, b’tama li dawn ma jiġrux fis-semifinali u l-finali li ġejjin.

U issa li l-logħob qed jersaq lejn tmiemu jkun hemm analiŻi u anke tibdil ta’ kowċis. Bla dubju wara t-telfa ta’ nhar il-Ġimgħa kontra l-Olanda, Dunga kowċ tal-BraŻil ser iħalli postu, biex b’kull probabbiltà jsib post ma’ klabb Ewropew.

Kowċis ġodda għall-Italja u Franza. l-Italja għaŻlu qabel din l-edizzjoni lil Cesare Prandelli, kowċ bravu li huwa wkoll saqajh ma’ l-art. Kowċ li fetaħ il-bibien għal kull min jilgħab tajjeb, anke Cassano u Balotelli. Nispera li dan ma jkunx biss kliem tal-ewwel konferenza tal-aħbarijiet. Prandelli però jrid l-għajnuna tal-Federazzjoni u mhux ostakli mingħand kulħadd, kif kien sab Donadoni meta kien qed jipprepara t-tim għall-kampjonati Ewropej, liema tim wasal sal-kwartfinali u tilef biss bil-penalties kontra ċ-ċampjins Ewropej, Spanja.

Franza min-naħa tagħhom għandhom lil Laurent Blanc. Blanc li kien membru tat-tim li rebaħ fl-1998 u fis-sena 2000. Kowċ bravu u bniedem rispettat minn kulħadd.

Finalment nixtieq ukoll ngħid prosit lil Sliema Wanderers li bdew bi tajjeb l-avventura tagħhom fl-Ewropa League. Li tmur il-Kroazja u tikseb dro ta’ 0-0 huwa riŻultat tajjeb li jagħti kuraġġ lit-tim għal leg li jmiss hawn Malta. Il-fortuna daħqet ftit lil Malta wkoll meta anke fiċ-Champions League, Birkirkara jilagħbu t-tieni leg b’vantaġġ ta’ tliet gowls meta ħadu walk over barra minn darhom.

Awguri għal darba oħra lill-klabbs li qed jirrappreŻentawna barra.





Leave a comment