Nominazzjoni Kwalifikazzjoni EuroBasket 2017 għal referi lokali

Friday, November 20, 2015, 16:07

Ir-referi internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo rċieva nominazzjoni oħra mill-FIBA għal dan l-istaġun.

Wara erba’ partiti ta’ kompetizzjonijiet f’livell ta’ klabbs Ewropej f’Nantes, Venezja, Schio u Mont de Marsan  rispettivament fl-aħħar xahar, Vassallo se jirritorna fl-Italja fi tmiem din il-ġimgħa. Fil-fatt, nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru, huwa se jkun involut fil-partita internazzjonali ta’ kwalifikazzjoni valida minn Grupp C tal-FIBA EuroBasket 2017 femminili li se tintlagħab fil-Palatagliate ġewwa Lucca bejn l-Italja u l-Albanija.

It-triq lejn EuroBasket 2017 tibda fi tmiem il-ġimgħa u dan il-grupp, magħmul minn erba’ timijiet inkluż wkoll il-Montenegro u Gran Brittanja, huwa wieħed minn total ta’ disa’ gruppi.

Bħala uffiċjali għal din il-partita nternazzjonali, Vassallo, li huwa r-referee prinċipali, se jkollu miegħu lil Ilian Kucerov (Repubblika Ċeka) u Samira Barrima (Portugall).





Leave a comment