Nominazzjoni fir-Repubblika Ċeka għal referee lokali‏

Tuesday, November 6, 2012, 8:30

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball, Bernard Vassallo, irċieva nominazzjoni oħra mill-FIBA wara Sajf impenjattiv fejn ikkontrolla erba’ partiti ta’ kwalifikazzjoni għal EuroBasket 2013.

 

Vassallo, nhar l-Erbgħa 7 ta’ Novembru, se jkun ir-referee fil-partita valida minn Grupp A tal-FIBA EuroLeague u li se tintlagħab ġewwa r-Repubblika Ċeka bejn Brno u t-tim Polakk ta’ Krakow.

 

Din hija t-tieni ġurnata tal-kompetizzjoni fejn ġimgħa ilu ż-żewġ naħat lagħbu barra darhom u t-tnejn spiċċaw telliefa. Brno sofrew telfa ferm minima ta’ 70-72 ġewwa l-Ungerija kontra Gyor waqt li Krakow marru Franza u tilfu 55-61 kontra t-tim qawwi ta’ Bourges.

 

L-uffiċjali l-oħra għal din il-partita, li se tintlagħab ġewwa l-Mestska Sportovni Hala ġewwa Brno, minbarra Vassallo li huwa r-referee prinċipali, se jkunu Matej Spendl (Slovenja) u Ciprian Stoica (Rumanija).

 





Leave a comment