- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Nominazzjoni fi Franza ghal referi lokali

Posted By sportinmalta1 On October 28, 2015 @ 7:41 pm In Basketball,Featured | No Comments

Ir-referi internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo se jiftaħ l-istaġun Ewropew tiegħu wara li ngħata nominazzjoni mill-FIBA.

Fil-fatt, din il-ġimgħa, huwa se jmur Franza biex nhar l-Ħamis 29 ta’ Ottubru jikkontrolla il-partita mill-ewwel ġurnata tal-FIBA EuroCup Grupp H bejn il-Franciżi ta’ Nantes u Namur mill-Belġju.

Bħala uffiċjali għal din il-logħba, Vassallo, li hu r-referee prinċipali, se jkollu miegħu lil Karl Webb (Ingilterra) u Gavin Williams (Wales).


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/nominazzjoni-fi-franza-ghal-referi-lokali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.