Nominazzjoni fi Franza ghal referi lokali

Wednesday, October 28, 2015, 19:41

Ir-referi internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo se jiftaħ l-istaġun Ewropew tiegħu wara li ngħata nominazzjoni mill-FIBA.

Fil-fatt, din il-ġimgħa, huwa se jmur Franza biex nhar l-Ħamis 29 ta’ Ottubru jikkontrolla il-partita mill-ewwel ġurnata tal-FIBA EuroCup Grupp H bejn il-Franciżi ta’ Nantes u Namur mill-Belġju.

Bħala uffiċjali għal din il-logħba, Vassallo, li hu r-referee prinċipali, se jkollu miegħu lil Karl Webb (Ingilterra) u Gavin Williams (Wales).





Leave a comment