Nominazzjoni fi Franza għal Bernard Vassallo

Saturday, November 28, 2015, 12:40

Gavin Muscat

Ir-referi internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo din il-ġimgħa rċieva nominazzjoni oħra mill-FIBA għal kompetizzjoni ewropeja tal-klabbs.

Wara tliet partiti f’Nantes, Venezja u Schio rispettivament fl-aħħar ġimgħatejn, Vassallo se jirritorna fi Franza biex jirreffja. Fil-fatt, nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru, huwa se jkun involut fil-partita ta’ ras il-klassifika, valida minn Grupp F tal-FIBA EuroCup, ġewwa Mont de Mersan bejn Landes u t-tim mir-Repubblika Ċeka Nymburk li se tintlagħab ġewwa l-Palais Francois Mitterand.

Iż-żewġ naħat qegħdin jaqsmu l-ewwel post ta’ dan il-grupp magħmul minn erba’ timijiet b’żewġ rebħiet minn daqstant partiti. Il-Franċiżi ta’ Landes għelbu lil Fribourg 81-67 fl-ewwel ġurnata f’darhom u ġimgħa wara marru l-Ungerija u għelbu lil Pecs 79-62. Minn naħa l-oħra, Nymburk fetħu b’rebħa ta’ 82-68 fuq Pecs u wara marru l-Isizzera u rebħu 74-54 kontra Fribourg.

Bħala uffiċjali għal din il-partita, Vassallo, li huwa r-referee prinċipali, se jkollu miegħu lil Paul Unsworth (Ingilterra) u Carlos Santos (Portugall).





Leave a comment