Noel Baldacchino jirrapprezenta lil Malta f’Siracusa

Friday, July 26, 2013, 9:17

Nhar is-Sibt li ġej l-aqwa ġerrej tal-Malta Racing Club Noel Baldacchino ser ikun qed jirraprezenta lil Malta fit-2 tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran għal sewwieqa tat-trott. It-tiġrija ser issir fl-Ippodromo del Mediterraneo Siracusa is-Sibt filgħaxija u Noel Baldacchino ser ikun akkumpanjat mic-Chairman tal-Malta Racing Club l-Avukat Matthew Brincat. Matul izzjara l-Avukat Brincat mistenni jkollu wkoll xi laqgħat li jistgħu ikunu ta’ beneficcju għas-sidien u t-tiġrijiet lokali. It-tiġrija, li hi waħda fuq distanza ta 1600m, tibda fid-9:45 u ghandha premju ta’ €3,300. Fuq it-tluq mistennija jkunu tmienja u Baldacchino ħa jkun bin-numru 6, id-debba ta’ 6 snin Novi Ligure. Din id-debba din is-sena ġriet 13 il-tiġrija izda ma rreġistrat l-ebda rebħa. Fil-karriera hija għandha 7 rebħiet minn 88 tiġrija.

F’isem il-Kunsill tal-Malta Racing Club kif ukoll id-dilettanti kollha nawguraw success lil Noel Baldacchino.

Iz-zwiemel u l-ġerrejja partecipanti huma dawn:

1. Ieper (S. D’Aluisi)

2. Olding As (F. La Rosa Jr)

3. Gadoni (A. Popov)

4. Naivasha (Jean Paul Fasquelle)

5. Mclaren Ur (C. Ferranti)

6. Novi Ligure (Noel Baldacchino)

7. Merico (Matteo Di Meo)

8. Osiris Joy (L. Gorjanc)

Sadanittant il-Kunsill tal-Malta Racing Club jixtieq jistieden lill-pubbliku in ġenerali għallaħħar laqgħa ta’ l-istaġun qabel il-waqfa tas-Sajf. Dan il-programm huwa skedat għall-Ġimgħa filgħaxija bl-ewwel finali tibda fis-7:00 p.m. Fost is-7 finali zgur li l-aktar waħda mistennija ser tkun dik għall-Klassi Premier li mistennija tibda fid-9:05 p.m.





Leave a comment