Noel Baldacchino jiġi t-tieni fis-Serbja

Sunday, September 2, 2018, 7:33

Is-sewwieq taż-żwiemel Noel Baldacchino ħa sehem fit-tielet tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran li sar fil-Korsa ta’ Pozirevac is-Serbja.  Huwa rnexxielu jispiċċa fit-tieni post bid-debba Belle Marguerite wara t-Taljan Francesco La Rosa.

Dan ifisser li wara tliet tappi issa jkunu l-Italja li jitilaw fl-ewwel post nofs punt biss aktar minn Malta u għalhekk jidher li kollox ser jiddependi mill-aħħar tappa li ser issir fil-korsa ta’ Siracusa nhar id-9 ta’ Diċembru.





Leave a comment