Nkomplu nxettlu fit-tfal tagħna l-kultura sportiva

Sunday, December 7, 2014, 11:50

Inkomplu nxettlu fit-tfal tagħna, l-kultura sportiva’dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius waqt żjara li għamel illum fl-iskola Primarja ta’ Ħal-Kirkop fil-Kulleġġ San Benedettu.   Waqt iż-żjara kienet għaddejja Sport’s Day organizzata mill-Sport Promotion Unit.

L-Onorevoli Agius saħaq li bil-miżuri tal-budget speċjalment fl-isport qed tingħata aktar opportunita’ lit-tfal u żgħażagħ Maltin sabiex jibdew jipprattikaw sport differenti.   Servejs riċenti juru li 75% tal-popolazzjoni Maltija għadha ma tipparteċipa fl-ebda tip ta’ sport jew attivita’ fiżika.  Din hija mentalita li l-Gvern qed jaħdem sabiex jbiddel.  Il-Budget kemm tas-sena li għaddiet u anke ta din is-sena u t-twettiq ta’ diversi wegħdiet elettorali huma xhieda ċara tar-rieda sabiex jintlaħqu l-miri ċari li għandu l-Gvern.

Fost il-miżuri tal-budget li ser jgħinu sabiex l-isport u l-attivita’ fiżika jattiraw tfal u żgħażagħ sabiex ikunu attivi, hemm:

L-espressjoni ta’ interess għall-korsa tat-tiġrijiet tal-vetturi (motorsport track).  Huwa fatt magħruf li dan l-isport u d-dixxiplini diversi li jinkorpora fih qed jikbru fil-popolarita’ u jġibu f’pajjiżna numru ta’ unuri.  Kien għalhekk li l-Gvern ħass il-ħtieġa li jara li dawn l-entużjażti jkollhom faċilitajiet addattati sabiex jipprattikaw aħjar l-isport li jħobbu.

Implimentazzjoni tar-range tal-isparar.  F’Malta diġa għandna ranges diversi tal-isparar madanakollu l-ebda waħda ma tista tilqa’ fiha kompetizzjonijiet internazzjonali.  Kien għalhekk li l-gvern ħaseb sabiex fit-tieni sena tiegħu jibda jaħdem fuq l-implimentazzjoni ta’ din il-wegħda elettorali.

Taħriġ għall-amministraturi.  Dan għaliex ikun inutli li t-tfal u żgħażagħ tagħna jinteressaw rwieħhom fl-isport jekk kemm il-darba ma jkunux mħarrġa minn nies professjonali li jafu x’qed jagħmlu

Minbarra dawn il-miżuri, l-Kunsill Malti għall-Isport għaddej b’ħidma sfieqa sabiex jippromwovi l-isport mhux biss fl-iskejjel imma wkoll fil-kunsilli lokali permezz tal-bosta programmi li joffri lill-poplu Malti.

 





Leave a comment