Nixtieq li noħolqu iktar azzjonijiet – John Buttigieg

Tuesday, February 8, 2011, 14:53

minn Sandro Micallef

Waqt konferenza stampa li saret dalgħodu fil-Hotel Excelsior il-Floriana, il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti qal li l-players tiegħu huma lesti sabiex jagħtu l-massimu tagħhom fl-ewwel logħba tal-2011 kontra l-Isvizzera li se tintlagħab għada fl-Istadium Nazzjonali fit-8.30pm.

Buttigieg irrimarka li minkejja sfortunatament ir-riżultati ma ġewx dan l-aħħar u jinsab ottimista li r-riżultati pożittivi jistgħu jiġu fil-qrib. Il-kowċ tat-tim Nazzjonali qal li din il-partita għandha sservi bħala preparazzjoni għall-logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-EWRO 2012 kontra l-Greċja li hi skedata għas-26 ta’ Marzu 2011 f’ Ta’ Qali.

Buttigieg tkellem mal-media u spjega li ser ikun hemm xi players li ser jilgħabu fil-partita ta’ għada lima kienux fost l-iskwadra fl-aħħar logħba tat-tim Nazzjonali kontra l-Kroazja away.

Finalment Buttigieg esprima x-xewqa tiegħu u wiegħed li qed jaħdemsabiex it-tim Nazzjonali jilgħab futbol offensiv ukoll u qal li xtaq li jinħolqu iktar azzjonijiet favur tagħna.

Fil-Konferenza stampa ta’ dalgħodu tkellem ukoll il-player Andre’ Schembri (isma l-intervista)  http://www.sportinmalta.com/ninsab-mentalment-ippreparat-ghal-din-il-loghba-andre-schembri/ kif ukoll id-Direttur Tekniku l-ġdid Robert Gatt li fuq domanda tiegħi jekk jaqbilx mas-sistema l-ġdida tal-MFA li jitnaqqsu s-sessjonijiet ta’ taħriġ tat-tim Nazzjonali qgħad attent ħafna x’jirrispondi u mingħajr ma kkometta ruħu qal: “Irrid naħdem mal-Policy tal-MFA li hawn bħalissa, jekk dik hi l-policy aħna bħala staff tekniku irridu naħdmu biha”.





Leave a comment