- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Ninċentivaw l-attività fiżika

Posted By Sportinmalta On October 30, 2015 @ 10:25 pm In Featured,General | No Comments

Gavin Muscat

Waqt żjara li għamel f’gym stabbilit fil-qalba ta’ Paceville, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius spjega kif il-Gvern qed jaħdem fuq diversi binarji fejn jidħol l-isport; mhux biss qed jagħti l-importanza lill-atleti iżda qiegħed ukoll jinċentiva liċ-ċittadini sabiex ikollhom ħajja aktar sana.

Il-Gvern, sostna Agius, qiegħed jagħti l-aħjar faċilitajiet lill-atleti billi jibni mill-ġdid jew jimmodernizza dawk il-faċilitajiet li għandna, u minn din is-sena qiegħed jestendi r-rata tat-taxxa fuq id-dħul ta’ 7.5% li bħalissa tapplika għall-plejers tal-futbol u waterpolo, għall-atleti kollha, u għall-ewwel darba għall-kowċis. Fis-snin li għaddew l-għajnuna ngħatat biss lill-atleti, iżda minn din is-sena mhux biss tnaqqset r-rata tat-taxxa tad-dħul għall-kowċis, imma wkoll kien organizzat kors għall-amministraturi sportivi. Din hija ħolqa oħra fil-katina sabiex ikollna aktar suċċessi fl-isport.

Il-Gvern mhux biss qiegħed jagħti każ l-atleti imma qed joħloq diversi inizzjattivi sabiex il-Maltin jgħelbu l-isfida tal-obeżità. Studji riċenti komplew juru li Malta tinsab fl-iskaluni tal-qiegħ fil-klassifika tal-obeżità. Minn din is-sena, fost l-oħrajn, bdew isiru aktar lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika għat-tfal, u beda proġett pilota, b’kollaborazzjoni bejn il-Health Promotion Unit u SportMalta, ta’ sessjonijiet innovattivi fil-ħin tal-brejk għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji. Minbarra hekk, f’dan il-baġit tħabbar ukoll li se jitnaqqas il-VAT fuq attivitajiet sportivi, fosthom gym memberships u fitness centres, minn 18% għall-7%. Dawn l-inizzjattivi ħa jkomplu jgħinu biex mhux biss ikollna ekonomija b’saħħitha imma wkoll poplu b’saħħtu.

 

Parliamentary Secretary Chris Agius addresses a press conference with the theme Malta Ekonomija B'Saħħitha Cynergy Gym, Paceville


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/nincentivaw-l-attivita-fizika/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.