Nibqgħu navvanzaw fl-Isquash u fit-Tennis

Wednesday, June 1, 2011, 23:18

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Players tal-Isquash jifirħu ma' Diane Desira

Players tal-Isquash jifirħu ma' Diane Desira

Fid-dixxiplina tal-Isquash bqajna nirbħu kemm fil-kategorija tat-timijiet tal-Irġiel u anke tan-Nisa u qed nitqiesu bħala l-favoriti li nirbħu ż-żewġ midalji tad-deheb fl-aħħar tal-kompetizzjoni tat-timijiet. Minbarra dan jonqos li jibdew il-kompetizzjonijiet individwali.

Illum is-Nisa rebħu 3-0 kontra l-Lussemburgu fejn kienu fl-azzjoni Johanna Rizzo, Annabelle Olivieri Munroe u Diane Desira. It-team tan-Nisa issa nilghabu kontra Cipru u Liechtenstein

L-irġiel ukoll rebħu kontra l-Lusemburgu din id-darba 4-1 fejn lagħbu Carl Camilleri, Mark Lupi, Daniel Zammit Lewis, Joseph Desira (tilef) u Brad Hindle Deguara.

Fit-Tennis Matthew Axiaq rebah 6-0, 6-0 kontra Arnar Sigurdsson tal-Iżlanda u fid-doubles Malta rebħet ukoll kontra Andorra wara li wieħed mill-players avversarji irtira b’injury wara lir-riżultat fl-ewwel set kien 3-1 minn fuq qabel ma rtira ta’ Baptista.





Leave a comment