Nibdew b’żewġ rebħiet fl-Isquash

Monday, May 30, 2011, 16:18

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għall-Melita Sports.

It-tim nazzjonali Malti tal-iSquash kellu bidu mil-aktar inkoraġġanti fil-logħob tal-Pajjiji ż-Żgħar f’Liechtenstein hekk kif it-Tnejn għeleb l-isfida tal-Iżlanda fil-kompetizzjoni tat-timijiet. It-tim Tan-nisa rebaħ 3-0 u dak tal-irġiel 4-1.

Annabelle Spiteri Munroe (lemin) fl-azzjoni iktar kmieni illum - Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

Annabelle Spiteri Munroe (lemin) fl-azzjoni iktar kmieni illum - Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

L-aħjar li mar kien it-tim tan-nisa li kiseb rebħa dominanti 3-0 wara li l-ewwel tliet players Maltin rebħu l-konfronti tagħhom kollha 3-0 fuq l-aħjar minn ħames logħbiet u ma kienx hemm għalfejn jintlagħbu ż-żewħ partiti l-oħra.

L-ewwel fl-azzjoni kienet Therese Brousson li kisbet rebħa 3-0 fuq Hildur Agusta Olafsdottir 11-8, 11-8, 11-4. Annabelle Olivieri Munroe kontra Dagny Ivarsdottir, għamlet bħala fejn rebħet ukoll 11-8, 11-6, 12-10.

Kien imiss lil Diane Desira li mimlija kunfidenza u pjuttost trankwilla u rilassata tat wirja oħra mpressjonanti u rebħet lil Rosa Jonsdottir 11-6, 11-4, 11-5.

Fl-istess ħin li kien qed isir dan il-logħob, fil-court ta’ biswit kienu qed jintlag[bu l-partiti tal-irġiel kontra l-istess Iżlanda.

Hawnhekk it-tim Malti beda fuq nota negattiva doppja fejn in-nuqqas ta’ Michael Fiteni li tilef dan il-logħob wara li weġġa’ fl-aħħar, lagħab Carl Camilleri li minkejja wirja qalbenija, beda b’telfa  kontra Gunnar Thordasson 1-3 (8-11, 6-11, 12-10, 5-11).

Warajh rebaħMarc Lupi li malajr għamel l-iskor 1-1 meta għeleb lil Thorbjorn Jonsson  3-1 (11-5, 9-11, 11-4, 11-9).

Bir-riżultat ta’ draw u fuq l-aħjar minn ħames logħbiet, kien imiss lil Daniel Zammit Lewis li jipprova jpoħħi lil Malta għall-ewwel darba fuq quddiem.  U rnexxielu meta kiseb rebħa fi tliet sets 11-6, 11-8, 12-10 kontra Kim Magnus Nielsen. Minn hawn it-tim Malti ma ħarisx lura b’Joseph Desira jirbaħ 3-1 lil Halldor Magnusson (11-6, 6-11, 12-10, 12-10) waqt li Brad Hindle Deguara għalaq il-konfront b’rebħa 3-0 fuq Robert Fannar Halldorsson (11-5, 11-1, 11-3) għal skor ta’ sets finali 18-5 favur Malta.





Leave a comment