Nhar il-Hadd li gej l-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bil-program mill-istagun

Thursday, November 27, 2014, 12:35

Nhar il-Hadd li gej l-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bil-program mill-istagun ASMK Pasta Poiatti 2014/15. Fil-Kumpless Sportiv f’Ta’Qali l-ASMK ser tkun qed torganizza it-tielet attivita bis-sezzjoni Autocross u mistennija tibda ukoll il-kampjonat tal-Muturi Motocross, il-Programm jibda fil-11:00am

 

Intant nhar il-Hadd li ghadda l-Assocjazzjoni organizzat it-tieni attivita bil-muturi Trials li saret fil-Barriera tal-Ballut Blocks Ltd f’San Pawl tat-Targa Limiti ta Naxxar. Dan kien possibbli bil-koperazzjoni shiha tas-sidien tal-barriera li dejjem ikkoperaw mal-Assocjazzjoni ASMK biex l-attivitajiet tat-Trials jibqaw jigu organizzati f’din il-lokalita.

 

Harsa lejn dak li gara matul li gurnata tal-kompetizzjoni Trials rajna li fi Klassi A iddomina ghat-tieni darba s-sewwieq Damon Bonello fuq mutur Gas Gas. Dan irnexxielu jispicca il-gurnata b’rekord ta’ zewg punti biss ta’ penalita. Damon kien segwit mill-veteran Robert Caruana fuq mutur Gas Gas li spicca l-gurnata b’19 il-punt ta’ penalita. Dan juri li s-Sections kienu ta livell gholi ghall kompetituri tal-Klassi A. It-tielet post Klassi A intrebah minn Rowen Bonello fuq mutur Beta li spicca l-gurnata b’25 punt ta’ penalita.

 

Fi Klassi B rajna taqtija bejn Joseph Scicluna u Manuel Camilleri it-tnejn fuq muturi Gas Gas. Scicluna minn kmieni deher li ser ikun min ta’ quddiem f’din il-gurnata tant li diversi sezzjonijiet li rnexxielu jaghmilhom ‘Clean’ fil-waqt li Camilleri kellhu bidu hazin imma irnexxielu jirkupra fit-tieni u fit-tielet sezzjonijiet. Minkejja dan Camilleri kellhu jikkuntenta bit-tieni post wara Scicluna li baqa jiddefendi postu sa l-ahhar tal-gurnata.

Fir-rizultat finali tal-gurnata Scicluna spicca jirbah b’15 il-punti ta’ penalita segwit min Camilleri b’27 punt ta’ penalita. Fit-tielet post spicca z-zghazugh Bernard Sammut fuq mutur Beta minkejja li ghalaq il-gurnata bi 32 punt ta’ penalita.

 

Attivita ohra bit-Trials mistenija issir f’Jannar 2015. Id-data sa tkun imhabbra fil-jiem li gejjin. Intant l-Assocjazzjoni matul il-gimgha d-diehla sa jibdew jintlaqaw l-applikazzjonijiet ghad-Demolition Derby b’risq il-Malta Community Chest Fund. L-edizzjoni ta’ din is-sena mistennija ssir fl-21 ta’ Dicembru 2015.

 

Intant l-Assocjazzjoni habbret tibdil fil-program li kellhu issir nhar il-Hadd 7 ta’ Dicembru. Din se tkun immexxija ghall-ghada it-Tnejn 8 ta’ Dicembru 2014 Festa publika u l-programm jibda f’nofsinhar. Din hija mizura li ASMK qed tiehu biex nhar il-Hadd 7 ta’ Dicembru kullhadd ikun qed jaghti sehemu fl-attivita annwali Paqpaqli ghal l-istrina. Ghal iktar informazzjoni wiehed jista iz-zur is-sit elektroniku tal-Ghaqda www.asmk.org.mt





Leave a comment