Nhar il-Ħadd li ġej l-ASMK Ladies Demolition Derby

Wednesday, March 6, 2019, 15:27

Nhar il-Ħadd li ġej 10 ta’ Marzu 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) se tkompli bl-attivitajiet bil-Karozzi Autocross bis-sitt attività mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2018/2019 li kellha tiġi mħassra minħabba l-maltemp qawwi li laqgħat il-pajjiż. L-attività tal-Ħadd tibda fl-10:00am u lejn l-aħħar tal-attività se tiġi organizzata l-ewwel edizzjoni tal-Ladies Demolition Derby 2019, li mistennija tibda għal ħabta tat-3:00pm.

F’din l-ewwel edizzjoni tal-Ladies Demolition Derby, 10 kompetituri nisa se jidħlu għal din l-isfida, wara diversi snin jissapportjaw lill-membri tal-familja tagħhom jew lill-irġiel tagħhom. Dawn in-nisa wara l-isteering se juru l-impenn tal-ASMK għal iktar parteċipazzjoni tan-nisa fl-isport, minkejja li l-ASMK kellha diversi attivitajiet simili matul iż-żmien li nqatgħu għal diversi raġunijiet. Il-parteċipanti se jkunu qed jikkompetu fuq karozzi mhux ikbar minn 4 metri (13-il pied).

Intant fil-klassifika Autocross Modified, Terence Azzopardi fuq Opel Corsa qed jillidja b’108 punti segwit minn Melo Zammit fuq Opel Corsa b’106 punti, Noel Zammit fuq Fiat Punto b’100 punt u Joseph Micallef fuq Opel Corsa b’59 punt.

Fil-Klassifika Autocross Modified Klassi B, Theo Micallef fuq Ford Fiesta għandu 20 punt segwit minn Joseph Spiteri fuq Opel Corsa b’19-il punt, Nicolai Aquilina fuq Opel Corsa Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205 fir-raba’ post bi 12-il punt.

Fil-Klassifika Autocross Standard, Johann Vella fuq Opel Nova għandu 23 punt segwit minn Melvin Buttigieg fuq Citroen AX b’19-il punt, Jerome Peplow fuq Kia Avella flimkien ma’ Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 li it-tnejn għandhom 17-il punt.

Għal aktar informazzjoni idħlu fuq www.asmk.org.mt jew fil-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email li hu info@asmk.org.mt jew mobile 9942 5489.





Leave a comment