Neptunes Emirates jerbhu d-derby u jitilghu fil-quccata

Thursday, June 27, 2013, 10:18

Neptunes kisbu rebha tajba meta huma ghelbu lil San Giljan 19-9. Fl-ewwel sessjoni Neptunes rebhu bl-iskor ta` 4-1 fejn ghalihom spikka Nikki Lnzon li skorja zewg goals. Fit-tieni sessjoni kompla d-dominju ta` Neptunes fejn huma regghu rebhu bl-iskor ta` 5-3, fejn f`din is-sessjoni spikkaw Stephen Camilleri u Michele Stellini b` zewg goals kull wiehed. Waqt li ghall-San Giljan skorja zewg goals Dino Zammit.

Fit-tielet sessjoni kellna parita ta` 4-4 fejn ghall- San Giljan spikka  Dino Zammit li skorja tlett goals. Fir-raba u l-ahhar sessjoni Neptunes regghu iddominaw meta huma rebhu bl-iskor ta` 6-1 fejn rega kien protagonist  Nikki Lanzon li skorja darbtejn. B`din ir-rebha Neptunes telghu wahdehom fil-quccata tal-klassifika.





Leave a comment