Nemmnu fl-impenn ghal drittijiet inqas fl-isport

Friday, September 27, 2013, 19:23

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, llum iltaqa’ mal-Kummissjoni Persuni b’Diżabiltà u ma’ membri fi ħdan il-kummissjoni . Huwa tenna l-impenn tal-Gvern għal drittijiet indaqs fl-isport.

Dr Buontempo qal li sa tmiem il-leġislatura 20% tal-persuni b’diżabiltà jagħmlu tal-anqas tlett sigħat sport fil-ġimgħa. Huwa qal li qed issir diskussjoni biex l-ispecial olympics ikun inkluż fil-programm Summer on the Move li jorganizza l-Kunsill Malti għall-Isport.

Matul din il-laqgħa ġew diskussi materji li persuni b’diżabiltà jħossu li huma importanti li bihom jkunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti fis-soċjetà.

Il-membri tal-Kummissjoni Persuni b’Diżabiltà urew is-sodisfazzjoni tagħhom għal din il-laqgħa u kien hemm qbil li jkun hemm laqgħat oħra biex tiġi mfassla l-ħidma ‘l quddiem. 





Leave a comment