NDD jgħid li Joe Mifsud ibblaffja

Tuesday, December 20, 2011, 22:21

minn Joshua Cacciatolo

Skond il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo, l-Avukat Joe Mifsud kien qed jibblaffja meta kien wiegħed ħamest elef ewro lil kul team mill-profit tad-drittijiet televisivi ta’ logħba ta’ ħbiberija kontra team nazzjonali popolari. 

Waqt li kien qed iwieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet f’edizzjoni speċjali tal-programm Kontrattakk fuq TVM il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo tenna li meta saqsa dwar il-famuża logħba ta’ ħbiberija li kien wiegħed Joe Mifsud ir-risposta kienet li ma kien hemm xejn konkluż u allura skond Darmanin Demajo, Joe Mifsud qabel l-elezzjoni fil-kampanja tas-sajf ta’ sena u nofs ilu kien qed jibblaffja. Skond NDD Joe Mifsud kien qal lil Bjorn Vassallo fuq ajruplan li ma kien għad hemm xejn konkluż u li kien ħadem fuqu kien ħallieh kollu l-MFA.

Meta mistoqsi dwar il-kumpens li qed jingħataw il-membri tal-kunsill talli dawn jattendu waqt il-ħin tax-xogħol għal-laqgħat tal-kunsill il-President tal-MFA qali li dawn il membri ma jafux kemm se jkun il-kumpens imma se jsiru jafu biss meta jirċievu ċ-cheque. (Filfatt ic-cheque ingħata l-Erbgħa waqt l-aħħar kunsill tas-sena, fejn is-somma hi dik medja ta’ €35 kull sessjoni ta’ kunsill)

Ippressat mill-ġurnalista Sandro Micallef sabiex jagħti l-aħħar żviluppi dwar il-każ ta’ korruzzjoni Norvegja – Malta, Darmanin Demajo ammetta li minkejja li din l-istorja ilha li ħarget fil-beraħ sa mill-istagun li għadda, kien biss inqas minn xahar ilu li l-MFA qabbdet il-prosekutur intern taghha Dr. Adrian Camilleri  sabiex jibda jinvestiga. Hu kkonferma wkoll li l-MFA bagħtet għal kul player li kien involut fil-logħba. Mistoqsi sabiex jagħddi kopja tad-dossier tal-ġuri ta’ Bochum lill-istess ġurnalista Demajo wieġeb fin-negattiv. NDD wiegħed ukoll sa sa massimu dan iż-żmien xahar tkun ippublikata d-deċiżjoni finali wara li tkun konkluża l-investigazzjoni.

Meta mistoqsi dwar il-wegħdiet mhux imwettqa wara sena u nofs fil-poter fosthom it-tnehdija  tal-Family Stand,u  l-għajnuna finanzjarja lil Clubs sabiex jimpjegaw Administrator full time, Darmanin Demajo saħaq li l-affarijiet ma jistgħux isiru f’daqqa.

Waqt il-programm kontrattakk il-President kien mistoqsi wkoll dwar l-iskandlu tat-teħid tad-droga kokaina fit-toilets fl-enclosure tal-Istadium Nazzjonali waqt il-loghbiet tal-Premier. Hawn Darmanin Demajo tefa’ r-responsabilita kollha fuq il-Pulizija.

Rigward is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Assocjazzjoni Darmanin Demajo tenna li għal sena oħra l-MFA se jkollha żbilanċ fl-infieq fuq id-dħul minħabba li l-flus qed jiġu investiti fil-Clubs.





4 Comments

  1. Joe Galea says:

    ix-xahar kwazi ghadda NDD u l-istorja Norvegja vs Malta legenda ser issir jekk mhux pantomina!

    Programmi bhal dawn gid biss jaghmlu ghax fihom issir taf fil-verita x’qed jigri u ma jigrix. L-gurnalisti l-ohrajn ciqqi peqqi qeghdin jilghaqu. Ahna rizultati u progetti isehhu irridu u mhux weghdi… kullhadd kapaci iwieghed pero issa l-mument li jitwettqu dawk l-weghdiet sur NDD! 

    Min ihobb il-futbol Malti jifhem li ilbierah kien ic-cans li ninvestu u mhux ghada… kull gurnata li tghaddi tahdem kontra!

    [Reply]

  2. JR Spiteri says:

    Kaz iehor fejn gurnalist jispicca jaghmila ta’ Bondi+ Ma nistax nifhem din l-istorja Sandro Micallef vs MFA ghalfejn qed tinbena u minn xiex gejja.. Min ra l-programm johrog b’din il-konkluzzjoni..

    “min ma jilhaqx l-gheneb, jghid li hu qares” Hallina Sandro, Meta lahaq NDD wiccek kien xeghel u mort mal-ewwel tintervistah, f’daqqa wahda qed naraw wicc iehor..

    [Reply]

  3. werzieq says:

    Jien rajt il-programm kollhu u minn hawn nghid proset lil Sandro ghal mod kif pogga il-mistoqsijiet u anke ghal mof kif baqa kalm f’certu mumenti meta l-president beda jniggzu b’mod fin. Hemm bzonn ta aktar programmi bhal dawn imqar wiehed kull skeda biex dak li jkun twieghed fi programm jerga jintwera fi programm iehor.

    [Reply]

    Anton Reply:

    Well Done NDD !!…ahna llkoll warajk ! :) )

    [Reply]

Leave a comment