Navarra,Velimirovic,Barry u Temile l-barranin li l-aktar impressjonaw s’issa

Wednesday, August 21, 2013, 12:35

minn Andre’ Xuereb

Debutt posittiv ghal Andrea Navarra l-attakant ta’ 19-il sena ta’ Sliema Wds , dahal jilghab fl-ahhar 26 minuta u skorja doppietta.Wara tliet snin ma’ Fidene FC (club minn Ruma) , din is-sena mal-Wanderers ser tkun sena mportanti fil-karriera ta’ Navarra li minn naha tieghu zgur li ser ikun qed jaghmel minn kollox biex jiehu li jista minn din l-esperjenza.

Debutt posittiv ukoll ghal Pavle Velimirovic l-goalkeeper ta’ Rabat A, goalkeeper ta’ esperjenza kbira , laghab 5 darbiet ghal pajjizu l-Montenegro U21, tul il-karriera tieghu Velimirovic kellu esperjenzi fis-Serbia ma’ Partizan Belgrade , fl-Ungerija ,l-Bulgarija u l-Polonja , nemmen li dan il-goalkeeper ser ikun asset importanti ghal Magpies

L-Midfielder mill-Gambja Hamza Barry ukoll kellu bidu mill-aqwa ma’ Valletta , ghalkemm ghad ghandu biss 18-il sena huwa barrani ta’ livell li jilghab b kunfidenza kbira,Barry gie vvuttat plejer tal-loghba f’ Valletta-Mosta

Wara hames snin fl-Ukraijna ma’ Dynamo Kyiv, l-attakant Nigerjan Frank Temile rritona jilghab f’pajjizna , fl-ewwel loghba tal-kampjonat Temile ma ddisappuntax,doppjetta li tat tlett punti lit-tim Karkariz,attakant micidjali .

 





Leave a comment