National Football Stadium Tours

Monday, January 23, 2012, 16:22


Il-Malta Football Association se tkun qed tintroduci l-bidu tal-iskema ‘National Football Stadium Tours’ nhar il-Ħamis 26 ta’ Jannar 2012, fl-10.00am fis-Centenary Hall, Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.

Il-media lokali kollha mistiedna tattendi u ssegwi d-diskussjoni u l-proposti li se jkunu diskussa bejn l-MFA u l-Prinċipali tal-Kulleġġi preżenti, flimkien mal-Kapijiet tal-iskejjel tal-knisja.

Bjorn Vassallo, Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni, se jindirizza lil dawk preżenti u jispjega l-inizzjattivi l-ġodda li l-MFA se tkun qed tiftaħ għat-tfal tal-iskejjel Maltin li se jibdew jinġiebu fi gruppi biex mill-viċin jaraw il-bini tal-MFA.  Wara jintwera DVD preparat apposta għal dawn it-‘tours’.

Dawk kollha preżenti se jkunu mistiedna għat-‘tour’, hekk kif propost għat-tfal tal-iskejjel.

 

 

 





Leave a comment