Nathan Lee Xuereb jirbaħ il-kategorija Juniors tad-Double Trap tal-Kampjonati Ewropej

Tuesday, July 12, 2016, 23:59

Gavin Muscat

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius, jawgura liż-żagħżugħ Nathan Lee Xuereb li rebaħ il-midalja tad-deheb fil-kategorija tal-Juniors tad-Double Trap waqt il-Kampjonati Ewropej li sar f’Lonato l-Italja.

Xuereb spiċċa fl-ewwel post fis-semifinali meta laqat 29 minn 30 plattina. B’hekk għadda għall-finali għar-rebħ tal-ewwel u t-tieni post kontra it-tiratur Taljan Jacopo Dupre de Foresta. Nathan Lee Xuereb kien fi klassi għalih hekk kif laqat 28 plattina minn 30 fil-finali filwaqt li t-tiratur Taljan laqat 24, biex hekk it-tiratur Malti ħareg rebbieħ.

Dan huwa unur ieħor fil-kullana ta’ suċċessi għal dan it-tiratur żagħżugħ kif ukoll għal dan l-isport. Unur li jkompli jikkonferma l-għaqal tal-Gvern u ta’ SportMalta li jagħti s-sostenn lil diversi sports li qiegħed isarraf f’riżultati. L-isport tal isparar minn dejjem ġab lejn pajjiżna suċċessi u allura huwa għaqli li l-Gvern ikompli jinvesti, kif qiegħed jagħmel, sabiex l-atleti jkollhom il-faċilitajiet ħalli jitħarrġu bl-aħjar mod possibbli.

Nathan Lee Xuereb





Leave a comment